+Artikolu 5 Diliġenza dovuta
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.

Artikolu 5 Diliġenza dovuta

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jwettqu diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem u diliġenza dovuta ambjentali bbażati fuq ir-riskji kif stabbilit fl-Artikoli 7 sa 16 (“diliġenza dovuta”) billi jwettqu l-azzjonijiet li ġejjin:

(a) 

jintegraw id-diliġenza dovuta fil-politiki u fis-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom f’konformità mal-Artikolu 7;

(b) 

jidentifikaw u jivvalutaw impatti negattivi reali jew potenzjali f’konformità mal-Artikolu 8 u, meta meħtieġ, jipprijoritizzaw l-impatti negattivi reali u potenzjali f’konformità mal-Artikolu 9;

(c) 

jipprevjenu u jimmitigaw l-impatti negattivi potenzjali, u jtemmu l-impatti negattivi reali u jimminimizzaw il-firxa tagħhom f’konformità mal-Artikoli 10 u 11;

(d) 

jipprovdu rimedju għal impatti negattivi reali f’konformità mal-Artikolu 12;

(e) 

iwettqu komunikazzjoni sinifikattiva mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 13;

(f) 

jistabbilixxu u jżommu mekkaniżmu ta’ notifika u proċedura għall-ilmenti f’konformità mal-Artikolu 14;

(g) 

jimmonitorjaw l-effettività tal-politika u tal-miżuri ta’ diliġenza dovuta tagħhom f’konformità mal-Artikolu 15;

(h) 

jikkomunikaw pubblikament dwar id-diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikolu 16.

Artikolu 5 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet tad-diliġenza dovuta, il-kumpaniji jkunu intitolati li jikkondividu r-riżorsi u l-informazzjoni mal-gruppi ta’ kumpaniji rispettivi tagħhom u ma’ entitajiet ġuridiċi oħra.
Artikolu 5 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sieħeb kummerċjali ma jkunx obbligat jiddivulga lil kumpanija li tkun qed tikkonforma mal-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva informazzjoni li tkun sigriet kummerċjali, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2016/943, mingħajr preġudizzju għad-divulgazzjoni tal-identità ta’ sħab kummerċjali diretti u indiretti, jew informazzjoni essenzjali meħtieġa biex jiġu identifikati impatti negattivi reali jew potenzjali, meta meħtieġ u b’mod debitament ġustifikat għall-konformità tal-kumpanija mal-obbligi ta’ diliġenza dovuta. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li s-sħab kummerċjali jipproteġu s-sigrieti kummerċjali tagħhom permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/943. Is-sħab kummerċjali qatt ma għandhom ikunu obbligati jiddivulgaw informazzjoni klassifikata jew informazzjoni oħra li d-divulgazzjoni tagħha tista’ tikkawża riskju għall-interessi essenzjali tas-sigurtà ta’ stat.
Artikolu 5 4.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kumpaniji jżommu dokumentazzjoni dwar l-azzjonijiet imwettaq biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta’ diliġenza dovuta għall-fini li tintwera l-konformità, inkluż evidenza ta’ sostenn, għal mill-anqas ħames snin mill-mument meta tali dokumentazzjoni tkun ġiet prodotta jew miksuba.

Meta, mal-iskadenza tal-perjodu ta’ żamma previst fl-ewwel subparagrafu, ikun hemm għaddejin proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi skont din id-Direttiva, il-perjodu ta’ żamma għandu jiġi estiż sal-konklużjoni tal-kwistjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.