|
+Artikolu 11 1. |
Artikolu 11 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jieħdu miżuri xierqa biex itemmu l-impatti negattivi reali li ġew, jew li kellhom jiġu, identifikati skont l-Artikolu 8, f’konformità mal-Artikolu 9 u ma’ dan l-Artikolu. Biex jiġu ddeterminati l-miżuri xierqa msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandu jittieħed kont debitu ta’:
(a)
jekk l-impatt negattiv reali huwiex ikkawżat biss mill-kumpanija; jekk huwiex ikkawżat b’mod konġunt mill-kumpanija u minn sussidjarja jew sieħeb kummerċjali, permezz ta’ atti jew ommissjonijiet; jew jekk huwiex ikkawżat biss minn sieħeb kummerċjali tal-kumpanija fil-katina ta’ attivitajiet;
(b)
jekk l-impatt negattiv reali seħħx fl-operazzjonijiet ta’ sussidjarja, sieħeb kummerċjali dirett jew sieħeb kummerċjali indirett; u
(c)
il-kapaċità tal-kumpanija li tinfluwenza lis-sieħeb kummerċjali li kkawża jew ikkawża b’mod konġunt l-impatt negattiv reali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|