+Artikolu 13 Komunikazzjoni sinifikattiva mal-partijiet ikkonċernati
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 13 7.

Artikolu 13 Komunikazzjoni sinifikattiva mal-partijiet ikkonċernati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jieħdu miżuri xierqa biex issir komunikazzjoni effettiva mal-partijiet ikkonċernati, f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Artikolu 13 2.
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943, meta jikkonsultaw mal-partijiet ikkonċernati, il-kumpaniji għandhom, kif xieraq, jipprovdulhom informazzjoni rilevanti u komprensiva, sabiex iwettqu konsultazzjonijiet effettivi u trasparenti. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943, il-partijiet ikkonċernati kkonsultati għandhom jitħallew jagħmlu talba motivata għal informazzjoni addizzjonali rilevanti, li għandha tiġi pprovduta mill-kumpanija f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u f’format xieraq u li jinftiehem. Jekk il-kumpanija tirrifjuta talba għal informazzjoni addizzjonali, il-partijiet ikkonċernati kkonsultati għandhom ikunu intitolati għal ġustifikazzjoni bil-miktub għal dak ir-rifjut.
Artikolu 13 3.

►M2  Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti għandha ssir fl-istadji li ġejjin tal-proċess ta’ diliġenza dovuta: ◄

(a) 

meta tinġabar l-informazzjoni meħtieġa dwar l-impatti negattivi reali jew potenzjali, sabiex jiġu identifikati, ivvalutati u pprijoritizzati l-impatti negattivi skont l-Artikoli 8 u 9;

(b) 

meta jiġu żviluppati pjanijiet ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni u pjanijiet ta’ azzjoni korrettiva skont l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(3), u meta jiġu żviluppati pjanijiet ta’ azzjoni ta’ prevenzjoni u pjanijiet ta’ azzjoni korrettiva msaħħa skont l-Artikolu 10(6) u l-Artikolu 11(7);

▼M2 —————

▼B

(d) 

meta jiġu adottati miżuri xierqa biex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi skont l-Artikolu 12.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 13 4.
Meta ma jkunx raġonevolment possibbli li ssir komunikazzjoni effettiva mal-partijiet ikkonċernati sa fejn ikun meħtieġ biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, il-kumpaniji għandhom jikkonsultaw ukoll ma’ esperti li jistgħu jipprovdu għarfien kredibbli dwar l-impatti negattivi reali jew potenzjali.
Artikolu 13 5.
Meta jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati, il-kumpaniji għandhom jidentifikaw u jindirizzaw l-ostakli għall-komunikazzjoni u għandhom jiżguraw li l-parteċipanti ma jkunux soġġetti għal ritaljazzjoni jew retribuzzjoni, inkluż billi jżommu l-kunfidenzjalità jew l-anonimità.
Artikolu 13 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jitħallew jissodisfaw l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu permezz ta’ inizjattivi tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati, kif xieraq, dment li l-proċeduri ta’ konsultazzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu. L-użu ta’ inizjattivi tal-industrija u ta’ diversi partijiet ikkonċernati ma għandux ikun biżżejjed biex jissodisfa l-obbligu li jiġu kkonsultati l-impjegati tal-kumpanija stess u r-rappreżentanti tagħhom.
Artikolu 13 7.
Il-komunikazzjoni mal-impjegati u r-rappreżentanti tagħhom għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt rilevanti tal-Unjoni u dak nazzjonali fil-qasam tal-impjiegi u d-drittijiet soċjali kif ukoll għall-ftehimiet kollettivi applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.