+Artikolu 24 Awtoritajiet superviżorji
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.
---+Artikolu 24 7.
---+Artikolu 24 8.
---+Artikolu 24 9.
---+Artikolu 24 10.
|
Artikolu 24 Awtoritajiet superviżorji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
Kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità superviżorja waħda jew aktar biex jissorveljaw il-konformità mal-obbligi stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati skont l-Artikoli 7 sa 16.
|
|
Artikolu 24 2.
|
Fir-rigward ta’ kumpanija msemmija fl-Artikolu 2(1), l-awtorità superviżorja kompetenti għandha tkun dik tal-Istat Membru li l-kumpanija jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fih.
|
|
Artikolu 24 3.
|
Fir-rigward ta’ kumpanija msemmija fl-Artikolu 2(2), l-awtorità superviżorja kompetenti għandha tkun dik tal-Istat Membru li l-kumpanija jkollha fergħa fih. Jekk il-kumpanija ma jkollha fergħa fl-ebda Stat Membru, jew ikollha fergħat li jinsabu fi Stati Membri differenti, l-awtorità superviżorja kompetenti għandha tkun l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li fih il-kumpanija ġġenerat il-biċċa l-kbira tal-fatturat nett tagħha fl-Unjoni fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja qabel id-data indikata fl-Artikolu 37 jew id-data ta’ meta l-kumpanija tissodisfa għall-ewwel darba l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(2), skont liema tiġi l-aħħar. Kumpanija msemmija fl-Artikolu 2(2) tista’, abbażi ta’ bidla fiċ-ċirkostanzi li twassal biex tiġġenera l-biċċa l-kbira tal-fatturat tagħha fl-Unjoni fi Stat Membru differenti, tagħmel talba debitament motivata biex tinbidel l-awtorità superviżorja li tkun kompetenti biex tirregola kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva fir-rigward ta’ dik il-kumpanija.
|
|
Artikolu 24 4.
|
Meta kumpanija omm tissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva f’isem is-sussidjarji tagħha f’konformità mal-Artikolu 6, l-awtorità superviżorja kompetenti tal-kumpanija omm għandha tikkoopera mal-awtorità superviżorja kompetenti tas-sussidjarja, li se tibqa’ kompetenti biex tiżgura li s-sussidjarja tkun soġġetta għall-eżerċizzju tas-setgħat f’konformità mal-Artikolu 25. F’dan ir-rigward, in-Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji stabbilit skont l-Artikolu 28 għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-għoti tal-assistenza reċiproka meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 28.
|
|
Artikolu 24 5.
|
Meta Stat Membru jiddeżinja aktar minn awtorità superviżorja waħda, huwa għandu jiżgura li l-kompetenzi rispettivi ta’ dawk l-awtoritajiet superviżorji jkunu definiti b’mod ċar u li jikkooperaw mill-qrib u b’mod effettiv ma’ xulxin.
|
|
Artikolu 24 6.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw l-awtoritajiet għas-superviżjoni tal-impriżi finanzjarji regolati wkoll bħala awtoritajiet superviżorji għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 24 7.
|
Sas-26 ta’ Lulju 2028, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet superviżorji deżinjati skont dan l-Artikolu, kif ukoll bil-kompetenzi rispettivi tagħhom meta jkun hemm diversi awtoritajiet superviżorji deżinjati. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla dwar dan.
|
|
Artikolu 24 8.
|
Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku, inkluż fuq is-sit web tagħha, lista tal-awtoritajiet superviżorji, u, meta Stat Membru jkollu diversi awtoritajiet superviżorji, il-kompetenzi rispettivi ta’ dawk l-awtoritajiet fir-rigward ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha taġġorna regolarment il-lista abbażi tal-informazzjoni li tirċievi mingħand l-Istati Membri.
|
|
Artikolu 24 9.
|
L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtoritajiet superviżorji u jiżguraw li huma, u l-persuni kollha li jaħdmu għalihom jew li ħadmu għalihom, u l-awdituri, l-esperti u kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’isimhom, jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali, trasparenti u bir-rispett dovut għall-obbligi tas-segretezza professjonali. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkunu legalment u funzjonalment indipendenti, ħielsa minn influwenza esterna, kemm diretta kif ukoll indiretta, inkluż mill-kumpaniji koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew minn interessi oħra tas-suq, li l-persunal tagħhom u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni jkunu ħielsa minn kunflitti ta’ interess, soġġetti għal rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità, u jżommu lura minn kwalunkwe azzjoni inkompatibbli mad-dmirijiet tagħhom.
|
|
Artikolu 24 10.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli online rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħhom skont din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|