+Artikolu 25 Setgħat tal-awtoritajiet superviżorji
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
---+Artikolu 25 6.
---+Artikolu 25 7.
---+Artikolu 25 8.
---+Artikolu 25 9.

Artikolu 25 Setgħat tal-awtoritajiet superviżorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom setgħat u riżorsi adegwati biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom skont din id-Direttiva, inkluża s-setgħa li jirrikjedu li l-kumpaniji jipprovdu informazzjoni u jwettqu investigazzjonijiet relatati mal-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 16.
Artikolu 25 2.
Awtorità superviżorja tista’ tibda investigazzjoni fuq inizjattiva proprja jew b’riżultat ta’ tħassib sostanzjat ikkomunikat lilha skont l-Artikolu 26, meta tqis li jkollha biżżejjed informazzjoni li tindika ksur possibbli minn kumpanija tal-obbligi previsti fid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.
Artikolu 25 3.
L-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu f’konformità mad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li fih titwettaq l-ispezzjoni u wara li jkun ingħata avviż minn qabel lill-kumpanija, ħlief meta avviż minn qabel ifixkel l-effettività tal-ispezzjoni. Meta, bħala parti mill-investigazzjoni tagħha, awtorità superviżorja tkun tixtieq twettaq spezzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru għajr tagħha stess, hija għandha titlob l-assistenza tal-awtorità superviżorja f’dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 28(3).
Artikolu 25 4.
Jekk, b’riżultat tal-azzjonijiet meħuda skont il-paragrafi 1 u 2, awtorità superviżorja tidentifika nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, hija għandha tagħti lill-kumpanija kkonċernata perjodu ta’ żmien xieraq sabiex tieħu azzjoni ta’ rimedju, jekk tali azzjoni tkun possibbli.

It-teħid ta’ azzjoni ta’ rimedju ma għandux jipprekludi l-impożizzjoni ta’ penali jew l-iskattar ta’ responsabbiltà ċivili, f’konformità mal-Artikoli 27 u 29, rispettivament.

Artikolu 25 5.

Meta jwettqu l-kompiti tagħhom, l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom mill-inqas is-setgħa li:

(a) 

jordnaw lill-kumpanija biex:

(i) 

twaqqaf il-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati skont din id-Direttiva billi titwettaq azzjoni jew titwaqqaf imġiba;

(ii) 

tibqa’ lura minn kwalunkwe ripetizzjoni tal-imġiba rilevanti; u

(iii) 

meta xieraq, tipprovdi rimedju proporzjonat għall-ksur u dak meħtieġ biex dan il-ksur jintemm;

(b) 

jimponu penali f’konformità mal-Artikolu 27; u

(c) 

jadottaw miżuri interim fil-każ ta’ riskju imminenti ta’ ħsara severa u irreparabbli.

Artikolu 25 6.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jeżerċitaw is-setgħat imsemmija f’dan l-Artikolu f’konformità mad-dritt nazzjonali:

(a) 

direttament;

(b) 

f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra; jew

(c) 

bl-applikazzjoni għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, li għandhom jiżguraw li r-rimedji legali jkunu effettivi u jkollhom effett ekwivalenti għall-penali imposti direttament mill-awtoritajiet superviżorji.

Artikolu 25 7.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna fiżika jew ġuridika jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra deċiżjoni legalment vinkolanti minn awtorità superviżorja dwarhom, f’konformità mad-dritt nazzjonali.
Artikolu 25 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jżommu rekords tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u jindikaw, b’mod partikolari, in-natura u r-riżultat tagħhom, kif ukoll rekords ta’ kwalunkwe azzjoni ta’ infurzar meħuda skont il-paragrafu 5.
Artikolu 25 9.
Id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet superviżorji rigward il-konformità ta’ kumpanija mad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati skont din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ċivili tal-kumpanija skont l-Artikolu 29.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.