+Artikolu 27 Penali
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
|
Artikolu 27 Penali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27 1.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali, inklużi penali pekunjarji, applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 27 2.
|
Fid-deċiżjoni dwar jekk għandhomx jiġu imposti penali u, jekk tali penali jiġu imposti, fid-determinazzjoni tan-natura u tal-livell xieraq tagħhom, għandu jittieħed kont debitu ta’:
(a)
in-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur, u s-severità tal-impatti li jirriżultaw minn dak il-ksur;
(b)
kwalunkwe investiment li jkun sar u kwalunkwe appoġġ immirat ipprovdut skont l-Artikoli 10 u 11;
(c)
kwalunkwe kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra biex jiġu indirizzati l-impatti kkonċernati;
(d)
meta rilevanti, il-punt sa fejn id-deċiżjonijiet ta’ prijoritizzazzjoni ttieħdu f’konformità mal-Artikolu 9;
(e)
kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti mill-kumpanija tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati skont din id-Direttiva kkonstatat b’deċiżjoni finali;
(f)
il-punt sa fejn il-kumpanija wettqet kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju fir-rigward tas-suġġett ikkonċernat;
(g)
il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew it-telf evitat mill-kumpanija minħabba l-ksur;
(h)
kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ ikkonċernat.
|
|
Artikolu 27 3.
|
L-Istati Membri għandhom jipprevedu
tal-inqas il-penali li ġejjin:
(b)
jekk kumpanija tonqos milli tikkonforma ma’ deċiżjoni li timponi penali pekunjarja fil-limitu ta’ żmien applikabbli, dikjarazzjoni pubblika li tindika l-kumpanija responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur.
|
|
Artikolu 27 4.
|
Il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha toħroġ gwida biex tassisti lill-awtoritajiet superviżorji fid-determinazzjoni tal-livell ta’ penali f’konformità ma’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-limitu massimu ta’ penali pekunarji jiġi stabbilit għal 3 % tal-fatturat nett dinji tal-kumpanija fis-sena finanzjarja ta' qabel dik li fiha ttieħdet id-deċiżjoni li tiġi imposta l-multa jew, fil-każ tal-kumpaniji omm apikali kif msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (b) u (c), u fl-Artikolu 2(2), il-punti (b) u (c), 3 % tal-fatturat nett dinji konsolidat ikkalkolat fil-livell tal-kumpanija omm apikali, fis-sena finanzjarja ta’ qabel dik tad-deċiżjoni li tiġi imposta l-multa.
|
|
Artikolu 27 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtoritajiet superviżorji li tikkonċerna penali relatati mal-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, tiġi ppubblikata, tibqa’ disponibbli għall-pubbliku għal mill-inqas ħames snin u tintbagħat lin-Network Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji stabbilit skont l-Artikolu 28. Id-deċiżjoni ppubblikata ma għandu jkun fiha l-ebda data personali fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|