|
+Artikolu 27 2. |
Artikolu 27 2.Fid-deċiżjoni dwar jekk għandhomx jiġu imposti penali u, jekk tali penali jiġu imposti, fid-determinazzjoni tan-natura u tal-livell xieraq tagħhom, għandu jittieħed kont debitu ta’:
(a)
in-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur, u s-severità tal-impatti li jirriżultaw minn dak il-ksur;
(b)
kwalunkwe investiment li jkun sar u kwalunkwe appoġġ immirat ipprovdut skont l-Artikoli 10 u 11;
(c)
kwalunkwe kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra biex jiġu indirizzati l-impatti kkonċernati;
(d)
meta rilevanti, il-punt sa fejn id-deċiżjonijiet ta’ prijoritizzazzjoni ttieħdu f’konformità mal-Artikolu 9;
(e)
kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti mill-kumpanija tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati skont din id-Direttiva kkonstatat b’deċiżjoni finali;
(f)
il-punt sa fejn il-kumpanija wettqet kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju fir-rigward tas-suġġett ikkonċernat;
(g)
il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew it-telf evitat mill-kumpanija minħabba l-ksur;
(h)
kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ ikkonċernat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|