|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.L-Awtorità għandha twettaq il-kompiti li ġejjin fir-rigward tal-ML/TF li qed jiffaċċja s-suq intern:
(a)
timmonitorja l-iżviluppi fis-suq intern u tivvaluta t-theddid, il-vulnerabbiltajiet u r-riskji fir-rigward tal-ML/TF;
(b)
timmonitorja l-iżviluppi f’pajjiżi terzi u tivvaluta t-theddid, il-vulnerabbiltajiet u r-riskji fir-rigward tas-sistemi tal-AML/CFT tagħhom li għandhom impatt attwali jew potenzjali fuq is-suq intern;
(c)
tiġbor u tanalizza informazzjoni, mill-attivitajiet superviżorji tagħha stess u minn dawk tas-superviżuri u tal-awtoritajiet superviżorji, dwar id-dgħufijiet identifikati fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-AML/CFT mill-entitajiet marbuta b’obbligu, l-iskopertura għar-riskju tal-entitajiet marbuta b’obbligu, is-sanzjonijiet imposti u l-azzjonijiet ta’ rimedju meħuda;
(d)
tistabbilixxi bażi tad-data ċentrali tal-AML/CFT tal-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet superviżorji jew li tirriżulta mill-attivitajiet tal-Awtorità, u żżommha aġġornata;
(e)
tanalizza l-informazzjoni miġbura fil-bażi tad-data ċentrali u taqsam dawk l-analiżijiet mas-superviżuri, mal-awtoritajiet superviżorji u mal-awtoritajiet mhux tal-AML/CFT fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif u bażi kunfidenzjali;
(f)
tappoġġa l-analiżi tar-riskji tal-ML/TF u tan-nuqqas ta’ implimentazzjoni u l-evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati li jaffettwaw is-suq intern, imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2024/1640;
(g)
tappoġġa, tiffaċilita u ssaħħaħ il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-entitajiet marbuta b’obbligu u s-superviżuri, l-awtoritajiet superviżorji u l-awtoritajiet mhux tal-AML/CFT sabiex jiżviluppaw fehim komuni tar-riskji tal-ML/TF u t-theddid li qed jiffaċċja s-suq intern, inkluż billi jipparteċipaw fi sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-AML/CFT;
(h)
toħroġ pubblikazzjonijiet u tipprovdi taħriġ, kif ukoll servizzi oħra fuq talba, sabiex tqajjem kuxjenza dwar ir-riskji tal-ML/TF u tindirizzahom;
(i)
tirrapporta lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe każ fejn l-Awtorità, fit-twettiq tal-kompiti tagħha, tiskopri li Stat Membru jkun ittraspona d-Direttiva (UE) 2024/1640 b’mod skorrett jew mhux komplut;
(j)
twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew fl-atti leġiżlattivi l-oħra msemmija fl-Artikolu 1(2);
(k)
tgħin lill-Kummissjoni biex tirrieżamina l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni rilevanti adottati mill-Kummissjoni, tirrieżamina l-applikazzjoni tal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn xieraq; inkluż emendi biex:
(i)
jitneħħew rekwiżiti ta’ rappurtar żejda jew obsoleti, u jiġu mminimizzati l-kostijiet filwaqt li jiġu ppreservati l-użabbiltà u l-kwalità tad-data;
(ii)
jiġu żgurati rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonati u konsistenti; u
(iii)
jiġu indirizzati lakuni regolatorji relatati mar-rekwiżiti ta’ rappurtar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|