+Artikolu 5 3.

Artikolu 5 3.

L-Awtorità għandha twettaq il-kompiti li ġejjin fir-rigward tas-superviżuri finanzjarji:

(a) 

iżżomm lista aġġornata tas-superviżuri finanzjarji fl-Unjoni;

(b) 

twettaq valutazzjonijiet perjodiċi biex tiżgura li s-superviżuri finanzjarji kollha jkollhom riżorsi, setgħat u strateġiji adegwati neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tagħhom fil-qasam tal-AML/CFT, u tagħmel ir-riżultati ta’ tali valutazzjonijiet disponibbli;

(c) 

tieħu, bi tweġiba għal talba tas-superviżuri finanzjarji għall-Awtorità biex tassumi superviżjoni diretta jew fuq inizjattiva proprja tal-Awtorità, miżuri xierqa f’ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu l-intervent tal-Awtorità u relatati mal-konformità jew l-iskopertura għar-riskju tal-entitajiet marbuta b’obbligu mhux magħżula;

(d) 

tiffaċilita l-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji tal-AML/CFT fis-settur finanzjarju;

(e) 

tikkontribwixxi, f’kollaborazzjoni mas-superviżuri finanzjarji, għall-konverġenza tal-prattiki superviżorji u l-promozzjoni ta’ standards superviżorji għoljin fil-qasam tal-AML/CFT, inkluż fir-rigward tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-AML/CFT relatati ma’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati;

(f) 

tikkoordina l-iskambji ta’ persunal u ta’ informazzjoni fost is-superviżuri finanzjarji fl-Unjoni fil-qasam tal-AML/CFT;

(g) 

tipprovdi assistenza, fil-qasam tal-AML/CFT, lis-superviżuri finanzjarji, wara t-talbiet speċifiċi tagħhom, inklużi t-talbiet biex timmedja bejn is-superviżuri finanzjarji;

(h) 

tirriżolvi, b’effetti vinkolanti, in-nuqqas ta’ qbil bejn is-superviżuri finanzjarji relatat mal-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ entità marbuta b’obbligu, inkluż fil-kuntest tal-kulleġġi superviżorji għall-AML/CFT, wara talba speċifika kif imsemmi fil-punt (g).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.