|
+Artikolu 5 5. |
Artikolu 5 5.L-Awtorità għandha twettaq il-kompiti li ġejjin fir-rigward tal-FIUs u l-attivitajiet tagħhom fl-Istati Membri:
(a)
iżżomm lista aġġornata tal-FIUs fi ħdan l-Unjoni;
(b)
timmonitorja t-tibdil fil-qafas ġuridiku tal-FIUs, kif ukoll fl-organizzazzjoni tagħhom, b’enfasi fuq ir-riżorsi għat-twettiq tal-kompiti tagħhom;
(c)
tappoġġa l-ħidma tal-FIUs u tikkontribwixxi għal kooperazzjoni u koordinazzjoni mtejba bejn l-FIUs;
(d)
tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni u l-għażla ta’ każijiet rilevanti għat-twettiq ta’ analiżijiet konġunti mill-FIUs;
(e)
tiżviluppa metodi u proċeduri xierqa għat-twettiq ta’ analiżijiet konġunti mill-FIUs ta’ każijiet transfruntiera;
(f)
tistabbilixxi, tikkoordina, torganizza u tiffaċilita t-twettiq ta’ analiżijiet konġunti mwettqa mill-FIUs;
(g)
tipprovdi assistenza lill-FIUs, fuq talbiet speċifiċi tagħhom, bħal talbiet għal medjazzjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-FIUs;
(h)
twettaq rieżamijiet bejn il-pari tal-attivitajiet tal-FIUs li jkollhom fil-mira t-tisħiħ tal-konsistenza u l-effettività tagħhom u l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki;
(i)
tiżviluppa u tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-FIUs għodod u servizzi li jtejbu l-kapaċitajiet ta’ analiżi tagħhom, kif ukoll servizzi u għodod tal-IT u tal-intelliġenza artifiċjali għall-kondiviżjoni sigura tal-informazzjoni, inkluż permezz tal-hosting tal-FIU.net;
(j)
tiżviluppa, taqsam u tippromwovi l-għarfien espert dwar il-metodi ta’ detezzjoni, analiżi u disseminazzjoni ta’ tranżazzjonijiet suspettużi;
(k)
fuq talba tal-FIUs, tipprovdilhom taħriġ u assistenza speċjalizzati, inkluż permezz tal-għoti ta’ appoġġ finanzjarju, fl-ambitu tal-objettivi tal-Awtorità u f’konformità mar-riżorsi tal-persunal u baġitarji għad-dispożizzjoni tagħha;
(l)
tappoġġa, fuq talba tal-FIUs, l-interazzjoni tagħhom mal-entitajiet marbuta b’obbligu billi tipprovdi għarfien espert lill-entitajiet marbuta b’obbligu, inkluż it-titjib tas-sensibilizzazzjoni u tal-proċeduri tagħhom biex jidentifikaw attivitajiet u transazzjonijiet finanzjarji suspettużi u r-rapportar tagħhom lill-FIUs;
(m)
tħejji u tikkoordina l-valutazzjonijiet u l-analiżijiet strateġiċi tat-theddid, ir-riskji u l-metodi tal-ML/TF identifikati mill-FIUs. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|