|
+Artikolu 13 2. |
Artikolu 13 2.Madankollu, meta jiġu identifikati aktar minn 40 entità skont il-paragrafu 1, l-Awtorità tista’, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji, taqbel li tillimita l-għażla għal għadd differenti speċifiku ta’ entitajiet jew gruppi li jkun akbar minn 40. Meta tiddeċiedi dwar l-għadd differenti speċifiku ta’ entitajiet marbuta b’obbligu magħżula kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Awtorità għandha tqis ir-riżorsi proprji tagħha f’termini tal-kapaċità tagħha li talloka jew timpjega wkoll l-għadd neċessarju ta’ persunal superviżorju u ta’ appoġġ u għandha tiżgura li ż-żieda meħtieġa fir-riżorsi finanzjarji u umani tkun fattibbli. Skont id-deċiżjoni dwar l-għadd massimu, l-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula għandhom ikunu dawk l-entitajiet marbuta b’obbligu li jikkwalifikaw skont il-paragrafu 1 li qed joperaw fl-ogħla numru ta’ Stati Membri kemm jekk permezz ta’ stabbilimenti kif ukoll jekk taħt il-libertà li jipprovdu servizzi. Meta l-applikazzjoni tal-kriterju msemmi fit-tielet subparagrafu trendi aktar mill-għadd massimu stabbilit ta’ entitajiet marbutin b’obbligu magħżula, l-Awtorità għandha tagħżel, mill-entitajiet marbutin b’obbligu li jintgħażlu f’konformità ma’ dak is-subparagrafu u li joperaw fl-iżgħar għadd ta’ Stati Membri, dawk li għandhom l-ogħla proporzjon tal-volum ta’ tranżazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi għall-volum totali ta’ tranżazzjonijiet imkejla matul l-aħħar sena finanzjarja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|