+Artikolu 13
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.

Artikolu 13

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji, u l-gruppi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji, li l-profil tar-riskju residwu tagħhom ikun ġie kklassifikat bħala għoli skont l-Artikolu 12 għandhom jikkwalifikaw bħala entitajiet marbuta b’obbligu magħżula.
Artikolu 13 2.
Madankollu, meta jiġu identifikati aktar minn 40 entità skont il-paragrafu 1, l-Awtorità tista’, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji, taqbel li tillimita l-għażla għal għadd differenti speċifiku ta’ entitajiet jew gruppi li jkun akbar minn 40.

Meta tiddeċiedi dwar l-għadd differenti speċifiku ta’ entitajiet marbuta b’obbligu magħżula kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Awtorità għandha tqis ir-riżorsi proprji tagħha f’termini tal-kapaċità tagħha li talloka jew timpjega wkoll l-għadd neċessarju ta’ persunal superviżorju u ta’ appoġġ u għandha tiżgura li ż-żieda meħtieġa fir-riżorsi finanzjarji u umani tkun fattibbli.

Skont id-deċiżjoni dwar l-għadd massimu, l-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula għandhom ikunu dawk l-entitajiet marbuta b’obbligu li jikkwalifikaw skont il-paragrafu 1 li qed joperaw fl-ogħla numru ta’ Stati Membri kemm jekk permezz ta’ stabbilimenti kif ukoll jekk taħt il-libertà li jipprovdu servizzi.

Meta l-applikazzjoni tal-kriterju msemmi fit-tielet subparagrafu trendi aktar mill-għadd massimu stabbilit ta’ entitajiet marbutin b’obbligu magħżula, l-Awtorità għandha tagħżel, mill-entitajiet marbutin b’obbligu li jintgħażlu f’konformità ma’ dak is-subparagrafu u li joperaw fl-iżgħar għadd ta’ Stati Membri, dawk li għandhom l-ogħla proporzjon tal-volum ta’ tranżazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi għall-volum totali ta’ tranżazzjonijiet imkejla matul l-aħħar sena finanzjarja.

Artikolu 13 3.
Meta fi Stat Membru l-ebda istituzzjoni ta’ kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu stabbiliti, awtorizzati jew irreġistrati, jew li jkollhom sussidjarja hemmhekk u li l-profil tar-riskju tagħhom ikun ikklassifikat bħala għoli, ma jikkwalifikaw bħala entità marbuta b’obbligu magħżula skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha twettaq proċess tal-għażla addizzjonali f’dak l-Istat Membru, abbażi tal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 12(7), il-punt (b).

Wara l-proċess tal-għażla addizzjonali, l-istituzzjoni ta’ kreditu, l-istituzzjoni finanzjarja jew grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, stabbiliti jew irreġistrati f’dak l-Istat Membru li l-profil tar-riskju tagħhom huwa kklassifikat bħala għoli, għandhom jikkwalifikaw bħala entità marbuta b’obbligu magħżula.

Meta diversi istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, jew gruppi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, fl-Istat Membru inkwistjoni jkollhom profil tar-riskju li jkun ikklassifikat bħala għoli, l-entità li topera fl-ogħla numru ta’ Stati Membri kemm jekk permezz ta’ stabbilimenti kif ukoll jekk taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandha tikkwalifika bħala l-entità marbuta b’obbligu magħżula. Jekk diversi istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji, jew gruppi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, joperaw fl-istess numru ta’ Stati Membri, l-entità bl-ogħla proporzjon ta’ volum ta’ tranżazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi għall-volum ta’ tranżazzjonijiet totali mkejjel matul l-aħħar sena finanzjarja għandha tikkwalifika bħala entità marbuta b’obbligu magħżula.

Artikolu 13 4.
L-Awtorità għandha tibda l-ewwel proċess ta’ għażla sal-1 ta’ Lulju 2027 u għandha tikkonkludi l-għażla fi żmien sitt xhur mid-data tal-bidu. Sussegwentement, il-proċess tal-għażla għandha ssir kull tliet snin wara d-data tal-bidu tal-ewwel għażla, u għandha tiġi konkluża fi żmien sitt xhur f’kull proċess tal-għażla. Il-lista tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula għandha tiġi ppubblikata mill-Awtorità mingħajr dewmien żejjed mat-tlestija tal-proċess tal-għażla. L-Awtorità għandha tibda superviżjoni diretta tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tal-lista.
Artikolu 13 5.
Qabel il-pubblikazzjoni tal-lista tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula, l-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet rilevanti mhux tal-AML/CFT dwar l-eżiti tal-proċess ta’ valutazzjoni u l-klassifikazzjoni tar-riskju inerenti u residwu tal-entitajiet marbuta b’obbligu soġġetti għal valutazzjoni.
Artikolu 13 6.
Entità marbuta b’obbligu magħżula għandha tibqa’ soġġetta għal superviżjoni diretta mill-Awtorità sakemm l-Awtorità tibda s-superviżjoni diretta ta’ entitajiet marbuta b’obbligu magħżula abbażi ta’ lista stabbilita għall-perjodu ta’ għażla sussegwenti li ma tkunx għadha tinkludi dik l-entità marbuta b’obbligu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.