+Artikolu 15
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.

Artikolu 15

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
Mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 21(3), il-punt (a), li tirċievi direttament, jew ikollha aċċess dirett għall-informazzjoni rrapportata fuq bażi kontinwa mill-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula, is-superviżuri finanzjarji għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq tal-kompiti mogħtija lill-Awtorità f’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma’ liġijiet tal-Unjoni applikabbli oħrajn.
Artikolu 15 2.
Fejn ikun xieraq, is-superviżuri finanzjarji għandhom jassistu lill-Awtorità fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe att relatat mal-kompiti msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (b), fir-rigward tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula kollha, inkluża l-assistenza fl-attivitajiet ta’ verifika. Huma għandhom isegwu l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Awtorità meta jwettqu dawk il-kompiti.
Artikolu 15 3.

L-Awtorità għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a) 

il-kundizzjonijiet li bihom is-superviżuri finanzjarji għandhom jassistu lill-Awtorità skont il-paragrafu 2;

(b) 

il-proċess ta’ valutazzjoni perjodika msemmi fl-Artikolu 12(1), inklużi r-rwoli tal-awtoritajiet superviżorji u tal-Awtorità biex jivvalutaw il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija f’dak il-paragrafu;

(c) 

l-arranġamenti ta’ ħidma għat-trasferiment tal-kompiti u s-setgħat superviżorji lill-Awtorità jew mill-Awtorità għal-livell nazzjonali wara proċess tal-għażla, inklużi arranġamenti dwar il-kontinwità ta’ proċeduri jew investigazzjonijiet superviżorji pendenti;

(d) 

il-proċeduri għat-tħejjija u l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar l-għażla tal-entitajiet marbuta b’obbligu;

(e) 

ir-regoli u l-arranġamenti dettaljati għall-kompożizzjoni u l-funzjonament tat-timijiet superviżorji konġunti msemmija fl-Artikolu 16(1) u (2).

L-Awtorità għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2026.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 53.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.