|
+Artikolu 15 3. |
Artikolu 15 3.L-Awtorità għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:
(a)
il-kundizzjonijiet li bihom is-superviżuri finanzjarji għandhom jassistu lill-Awtorità skont il-paragrafu 2;
(b)
il-proċess ta’ valutazzjoni perjodika msemmi fl-Artikolu 12(1), inklużi r-rwoli tal-awtoritajiet superviżorji u tal-Awtorità biex jivvalutaw il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija f’dak il-paragrafu;
(c)
l-arranġamenti ta’ ħidma għat-trasferiment tal-kompiti u s-setgħat superviżorji lill-Awtorità jew mill-Awtorità għal-livell nazzjonali wara proċess tal-għażla, inklużi arranġamenti dwar il-kontinwità ta’ proċeduri jew investigazzjonijiet superviżorji pendenti;
(d)
il-proċeduri għat-tħejjija u l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar l-għażla tal-entitajiet marbuta b’obbligu;
(e)
ir-regoli u l-arranġamenti dettaljati għall-kompożizzjoni u l-funzjonament tat-timijiet superviżorji konġunti msemmija fl-Artikolu 16(1) u (2). L-Awtorità għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 53. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|