+Artikolu 16
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.

Artikolu 16

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
Għandu jiġi stabbilit tim superviżorju konġunt għas-superviżjoni ta’ kull entità marbuta b’obbligu magħżula. Kull tim superviżorju konġunt għandu jkun magħmul minn persunal mill-Awtorità u mis-superviżuri finanzjarji responsabbli għas-superviżjoni tal-entità marbuta b’obbligu magħżula fil-livell nazzjonali. Il-membri tat-tim superviżorju konġunt għandhom jinħatru f’konformità mal-paragrafu 4 u għandhom jaħdmu taħt il-koordinazzjoni ta’ membru tal-persunal maħtur mill-Awtorità (“koordinatur tat-TSK”).
Artikolu 16 2.
Il-koordinatur tat-TSK għandu jiżgura l-koordinazzjoni tal-ħidma fi ħdan it-tim superviżorju konġunt. Il-membri tat-tim superviżorju konġunt għandhom isegwu l-istruzzjonijiet tal-koordinatur tat-TSK fir-rigward tal-kompiti tagħhom fit-tim superviżorju konġunt. Dan għandu jkun mingħajr ħsara għall-kompiti u d-dmirijiet tagħhom fis-superviżuri finanzjarji rispettivi tagħhom.

Kull superviżur finanzjarju li jaħtar aktar minn membru wieħed tal-persunal għat-tim superviżorju konġunt skont il-paragrafu 4 jista’ jaħtar wieħed minnhom bħala sottokoordinatur (“sottokoordinatur nazzjonali”). Is-sottokoordinaturi nazzjonali għandhom jassistu lill-koordinatur tat-TSK fir-rigward tal-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-kompiti fit-tim superviżorju konġunt, b’mod partikolari fir-rigward tal-membri tal-persunal li nħatru mill-istess superviżur finanzjarju bħas-sottokoordinatur nazzjonali rilevanti. Is-sottokoordinatur nazzjonali jista’ jagħti istruzzjonijiet lill-membri tat-tim superviżorju konġunt maħtur mill-istess superviżur finanzjarju, sakemm dawk l-istruzzjonijiet ma jmorrux kontra l-istruzzjonijiet mogħtija mill-koordinatur tat-TSK.

Artikolu 16 3.

Il-kompiti ta’ tim superviżorju konġunt għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) 

it-twettiq tar-rieżamijiet u l-valutazzjonijiet superviżorji tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula;

(b) 

il-koordinazzjoni ta’ spezzjonijiet fuq il-post ta’ entitajiet marbuta b’obbligu magħżula u t-tħejjija ta’ miżuri superviżorji, fejn ikun neċessarju;

(c) 

il-parteċipazzjoni fit-tħejjija tal-abbozzi ta’ deċiżjonijiet applikabbli għall-entità marbuta b’obbligu magħżula rispettiva li għandhom jiġu proposti lill-Bord Ġenerali u lill-Bord Eżekuttiv, filwaqt li jitqiesu r-rieżamijiet, il-valutazzjonijiet u l-ispezzjonijiet fuq il-post imsemmija fil-punti (a) u (b);

(d) 

il-koordinazzjoni mas-superviżuri finanzjarji fejn dak ikun neċessarju għall-eżerċizzji ta’ kompiti superviżorji fi kwalunkwe Stat Membru fejn tkun stabbilita entità marbuta b’obbligu magħżula.

Artikolu 16 4.
L-Awtorità għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u l-kompożizzjoni tat-timijiet superviżorji konġunti. L-Awtorità u s-superviżuri finanzjarji kkonċernati għandhom jaħtru persuna waħda jew aktar mill-persunal tagħhom bħala membru jew membri ta’ tim superviżorju konġunt. Membru jista’ jinħatar bħala membru ta’ aktar minn tim superviżorju konġunt wieħed.
Artikolu 16 5.
L-Awtorità u s-superviżuri finanzjarji għandhom jikkonsultaw lil xulxin u jaqblu dwar l-użu tal-persunal fir-rigward tat-timijiet superviżorji konġunti.
Artikolu 16 6.
L-Awtorità għandha tiżviluppa regoli u proċeduri operazzjonali interni rigward il-kompożizzjoni tat-timijiet superviżorji konġunti, b’mod partikolari fir-rigward tal-persunal minn kull superviżur finanzjarju, l-istatus tal-persunal mis-superviżuri finanzjarji u l-allokazzjoni tar-riżorsi umani mill-Awtorità lit-timijiet superviżorji konġunti, li għandhom jiżguraw li dawk it-timijiet ikunu magħmula minn persunal b’livell suffiċjenti ta’ għarfien, għarfien espert u esperjenza, u b’għarfien, sfondi, għarfien espert u esperjenza varjati biżżejjed.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.