+Artikolu 17
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
|
Artikolu 17
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
L-Awtorità tista’ tirrikjedi li l-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula u l-persuni fiżiċi impjegati minnhom jew il-persuni ġuridiċi li jappartjenu għalihom, u l-partijiet terzi li l-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula jkunu esternalizzawhom funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi affiljati magħhom, jipprovdulha l-informazzjoni kollha li tkun teħtieġ biex twettaq il-kompiti mogħtija lilha b’dan ir-Regolament u liġijiet tal-Unjoni applikabbli oħrajn.
|
|
Artikolu 17 2.
|
Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ tal-persuni ġuridiċi jew tal-assoċjazzjonijiet li ma jkollhom l-ebda personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati li jirrappreżentawhom bil-liġi jew bil-kostituzzjoni tagħhom, għandhom jagħtu l-informazzjoni mitluba mingħajr dewmien żejjed, u jiżguraw li tkun ċara, preċiża u kompluta. L-avukati debitament awtorizzati biex jaġixxu jistgħu jagħtu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawk il-klijenti għandhom jibqgħu kompletament responsabbli meta l-informazzjoni mogħtija ma tkunx kompluta jew tkun skorretta jew qarrieqa.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Meta l-Awtorità tikseb l-informazzjoni mitluba skont il-paragrafu 1, hija għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għas-superviżur finanzjarju kkonċernat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|