|
+Artikolu 18 1. |
Artikolu 18 1.Sabiex twettaq il-kompiti mogħtija lilha b’dan ir-Regolament, l-Awtorità tista’ twettaq l-investigazzjonijiet kollha neċessarji ta’ kwalunkwe entità marbuta b’obbligu magħżula jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika impjegata minnha jew kwalunkwe persuna ġuridika li tappartjeni għaliha, li tkun stabbilita jew li tinsab fi Stat Membru. Għal dak il-għan, l-Awtorità tista’:
(a)
titlob is-sottomissjoni ta’ dokumenti;
(b)
teżamina l-kotba u r-rekords tal-persuni kkonċernati u tieħu kopji jew estratti mill-kotba u mir-rekords;
(c)
tikseb aċċess għar-rapporti tal-awditjar intern, iċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet, u kwalunkwe software, bażijiet tad-data, għodod tal-IT jew mezzi elettroniċi oħra għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni;
(d)
tikseb aċċess għal dokumenti u informazzjoni relatati mal-proċessi deċiżjonali, inklużi dawk żviluppati minn algoritmi jew proċessi diġitali oħra;
(e)
tikseb spjegazzjonijiet bil-miktub jew orali minn kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 17 jew ir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom;
(f)
tintervista kwalunkwe persuna oħra li tagħti l-kunsens tagħha biex tiġi intervistata għall-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|