+Artikolu 18
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.

Artikolu 18

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
Sabiex twettaq il-kompiti mogħtija lilha b’dan ir-Regolament, l-Awtorità tista’ twettaq l-investigazzjonijiet kollha neċessarji ta’ kwalunkwe entità marbuta b’obbligu magħżula jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika impjegata minnha jew kwalunkwe persuna ġuridika li tappartjeni għaliha, li tkun stabbilita jew li tinsab fi Stat Membru.

Għal dak il-għan, l-Awtorità tista’:

(a) 

titlob is-sottomissjoni ta’ dokumenti;

(b) 

teżamina l-kotba u r-rekords tal-persuni kkonċernati u tieħu kopji jew estratti mill-kotba u mir-rekords;

(c) 

tikseb aċċess għar-rapporti tal-awditjar intern, iċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet, u kwalunkwe software, bażijiet tad-data, għodod tal-IT jew mezzi elettroniċi oħra għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni;

(d) 

tikseb aċċess għal dokumenti u informazzjoni relatati mal-proċessi deċiżjonali, inklużi dawk żviluppati minn algoritmi jew proċessi diġitali oħra;

(e) 

tikseb spjegazzjonijiet bil-miktub jew orali minn kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 17 jew ir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom;

(f) 

tintervista kwalunkwe persuna oħra li tagħti l-kunsens tagħha biex tiġi intervistata għall-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni.

Artikolu 18 2.
Il-persuni msemmija fl-Artikolu 17 għandhom ikunu soġġetti għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-Awtorità. Meta persuna tostakola t-twettiq tal-investigazzjoni, is-superviżur finanzjarju tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-bini rilevanti għandu jipprovdi, f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-assistenza neċessarja, inkluż l-iffaċilitar tal-aċċess mill-Awtorità għall-post minn fejn joperaw il-persuni fiżiċi u ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 17, sabiex ikunu jistgħu jiġu eżerċitati s-setgħat elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.