+Artikolu 19
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.

Artikolu 19

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.
Sabiex twettaq il-kompiti mogħtija lilha b’dan ir-Regolament, l-Awtorità tista’, soġġett għal notifika minn qabel tas-superviżur finanzjarju kkonċernat, twettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post kollha neċessarji fil-bini minn fejn joperaw il-persuni fiżiċi u ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 17. Fir-rigward ta’ persuni fiżiċi li l-bini minn fejn joperaw ikun ukoll ir-residenza privata tagħhom, l-Awtorità għandha tfittex u tikseb awtorizzazzjoni ġudizzjarja għal spezzjoni fuq il-post. Meta t-twettiq xieraq u l-effiċjenza tal-ispezzjoni jkunu jeħtieġu dan, l-Awtorità tista’ twettaq l-ispezzjoni fuq il-post mingħajr avviż minn qabel lil dawk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi.
Artikolu 19 2.
L-Awtorità tista’ tiddeċiedi li tafda t-twettiq tal-ispezzjonijiet fuq il-post lil tim superviżorju konġunt f’konformità mal-Artikolu 16 jew lil tim iddedikat, li jista’ jinkludi membri tat-tim superviżorju konġunt fejn applikabbli. L-Awtorità għandha tkun responsabbli biex tistabbilixxi u tifforma timijiet ta’ spezzjoni fuq il-post, li għandu jsir f’kooperazzjoni mas-superviżuri finanzjarji.
Artikolu 19 3.
Il-persunal tal-Awtorità u persuni oħra awtorizzati mill-Awtorità biex iwettqu spezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini u art fejn joperaw il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi soġġetti għal deċiżjoni dwar investigazzjoni adottata mill-Awtorità u, fir-rigward ta’ persuni fiżiċi li l-bini minn fejn joperaw ikun ukoll ir-residenza privata tagħhom, wara li jakkwistaw awtorizzazzjoni ġudizzjarja għal spezzjoni fuq il-post skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-persunal tal-Awtorità u persuni oħra awtorizzati mill-Awtorità għandu jkollhom is-setgħat previsti fl-Artikolu 21.
Artikolu 19 4.
Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 17 għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet fuq il-post abbażi ta’ deċiżjoni tal-Awtorità.
Artikolu 19 5.
Il-persunal u persuni oħra li jakkumpanjawh awtorizzati jew maħtura mis-superviżur finanzjarju tal-Istat Membru fejn tkun se titwettaq l-ispezzjoni għandhom, taħt is-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-Awtorità, jassistu b’mod attiv lill-persunal tal-Awtorità u persuni oħra awtorizzati minnha. Għal dak il-għan, dawn għandhom igawdu s-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 3. Il-persunal tas-superviżuri finanzjarji tal-Istat Membru kkonċernat għandu jkollu wkoll id-dritt li jipparteċipa fl-ispezzjonijiet fuq il-post.
Artikolu 19 6.
Meta persuna topponi t-twettiq ta’ spezzjoni fuq il-post ordnata skont dan l-Artikolu, is-superviżur finanzjarju tal-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-assistenza neċessarja f’konformità mal-liġi nazzjonali. Sal-limitu neċessarju għall-ispezzjoni, tali assistenza għandha tinkludi l-issiġillar ta’ kwalunkwe bini minn fejn joperaw u kontijiet jew rekords. Meta dik is-setgħa ma tkunx disponibbli għas-superviżur finanzjarju kkonċernat, huwa għandu juża s-setgħat tiegħu biex jitlob l-assistenza neċessarja ta’ awtoritajiet nazzjonali oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.