|
+Artikolu 25 3. |
Artikolu 25 3.Minkejja r-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1, meta l-pubblikazzjoni tal-identità jew tad-data personali tal-persuni responsabbli titqies mill-Awtorità li tkun sproporzjonata wara valutazzjoni skont il-każ, jew meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew xi investigazzjoni li tkun għaddejja, l-Awtorità għandha:
(a)
iddewwem il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni sal-mument meta ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għaliex ma ġietx ippubblikata;
(b)
tippubblika d-deċiżjoni fuq bażi anonima, jekk tali pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali tal-persuni responsabbli; f’dak il-każ, l-Awtorità għandha tipposponi l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti għal perjodu raġonevoli jekk ikun previst li f’dak il-perjodu ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima;
(c)
ma tippubblikax b’mod assolut id-deċiżjoni f’każ li l-għażliet stabbiliti fil-punti (a) u (b) jitqiesu insuffiċjenti biex:
(i)
jiżguraw li ma tiġix ipperikolata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji; jew
(ii)
jiżguraw il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fir-rigward tal-miżuri amministrattivi applikati f’konformità mal-Artikolu 21(1), il-punt (a), meta tali miżuri jitqiesu li jkunu ta’ natura minuri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|