+Artikolu 25
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.

Artikolu 25

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.
L-Awtorità għandha tippubblika kull deċiżjoni li timponi sanzjonijiet pekunarji jew pagamenti perjodiċi ta’ penali u li tapplika miżuri amministrattivi msemmija fl-Artikolu 21(2), il-punti (c) sa (g), adottati fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 21(1), il-punt (a), immedjatament wara li l-persuna responsabbli għall-ksur tiġi infurmata b’dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi mill-anqas l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur, l-identità tal-persuni responsabbli, u, għal sanzjonijiet pekunarji jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, l-ammont tagħhom.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, meta l-pubblikazzjoni tikkonċerna miżuri amministrattivi li jistgħu jiġu appellati u li ma għandhomx l-għan li jirrimedjaw ksur serju, ripetut u sistematiku, l-Awtorità tista’ tiddifferixxi l-pubblikazzjoni ta’ dawk il-miżuri amministrattivi sa meta tiskadi l-iskadenza għal preżentazzjoni ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 25 2.
Malli tiskadi l-iskadenza għal rieżami tad-deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami jew, meta tali rieżami ma jkunx intalab mill-entità marbuta b’obbligu, malli tiskadi l-iskadenza għal appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-Awtorità għandha tippubblika l-informazzjoni dwar talba għal rieżami jew appell. Kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar l-eżitu ta’ tali rieżami jew appell għandha tiġi ppubblikata mill-Awtorità immedjatament wara li tikseb tali informazzjoni. Kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni li timponi sanzjoni pekunarja jew pagament perjodiku ta’ penali jew tapplika miżura amministrattiva skont l-Artikolu 21(1), il-punt (a), għandha tiġi ppubblikata wkoll.
Artikolu 25 3.

Minkejja r-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1, meta l-pubblikazzjoni tal-identità jew tad-data personali tal-persuni responsabbli titqies mill-Awtorità li tkun sproporzjonata wara valutazzjoni skont il-każ, jew meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew xi investigazzjoni li tkun għaddejja, l-Awtorità għandha:

(a) 

iddewwem il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni sal-mument meta ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għaliex ma ġietx ippubblikata;

(b) 

tippubblika d-deċiżjoni fuq bażi anonima, jekk tali pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali tal-persuni responsabbli; f’dak il-każ, l-Awtorità għandha tipposponi l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti għal perjodu raġonevoli jekk ikun previst li f’dak il-perjodu ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima;

(c) 

ma tippubblikax b’mod assolut id-deċiżjoni f’każ li l-għażliet stabbiliti fil-punti (a) u (b) jitqiesu insuffiċjenti biex:

(i) 

jiżguraw li ma tiġix ipperikolata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji; jew

(ii) 

jiżguraw il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fir-rigward tal-miżuri amministrattivi applikati f’konformità mal-Artikolu 21(1), il-punt (a), meta tali miżuri jitqiesu li jkunu ta’ natura minuri.

Artikolu 25 4.
L-Awtorità għandha tagħmel kwalunkwe pubblikazzjoni skont dan l-Artikolu aċċessibbli fuq is-sit web tagħha għal perjodu ta’ ħames snin.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.