|
+Artikolu 32 2. |
Artikolu 32 2.L-Awtorità tista’, fejn ikollha indikazzjonijiet ta’ ksur serju, ripetut jew sistematiku minn entità marbuta b’obbligu mhux magħżula, titlob lis-superviżur finanzjarju tagħha biex:
(a)
jinvestiga tali indikazzjonijiet, li jistgħu jikkonċernaw ksur tal-liġi tal-Unjoni jew, fejn tali liġi tal-Unjoni tkun magħmula minn direttivi jew espressament jagħti għażliet għall-Istati Membri, ksur tal-liġi nazzjonali sa fejn dik il-liġi nazzjonali tittrasponi direttivi jew teżerċita għażliet mogħtija lill-Istati Membri mil-liġi tal-Unjoni; u
(b)
jikkunsidra li jimponi sanzjonijiet fuq dik l-entità fir-rigward ta’ tali ksur f’konformità mal-liġi tal-Unjoni direttament applikabbli jew mal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-direttivi. F’dak il-kuntest, l-Awtorità tista’, fejn ikun neċessarju, titlob ukoll lis-superviżur finanzjarju ta’ entità marbuta b’obbligu mhux magħżula jadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil dik l-entità li titlobha tieħu l-azzjonijiet kollha neċessarji biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi applikabbli direttament tal-Unjoni jew skont il-liġi nazzjonali sa fejn din tittrasponi d-direttivi jew teżerċita l-għażliet mogħtija lill-Istati Membri mil-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika. It-talbiet imsemmija f’dan il-paragrafu ma għandhomx jimpedixxu l-miżuri superviżorji li jkunu għaddejjin meħuda mis-superviżur finanzjarju li lilu tkun indirizzata t-talba. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|