+Artikolu 32
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
---+Artikolu 32 5.
---+Artikolu 32 6.
---+Artikolu 32 7.
---+Artikolu 32 8.
---+Artikolu 32 9.

Artikolu 32

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1.
Is-superviżuri finanzjarji għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità meta s-sitwazzjoni ta’ kwalunkwe entità marbuta b’obbligu mhux magħżula fir-rigward tal-konformità tagħha mar-Regolament (UE) 2024/1624, ir-Regolament (UE) 2023/1113, kwalunkwe dispożizzjoni legali oħra adottata għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti jew kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur u l-iskopertura tagħha għar-riskji tal-ML/TF, tiddeterjora malajr u b’mod sinifikanti, b’mod partikolari meta tali deterjorament jista’ jkollu impatt negattiv fuq diversi Stati Membri jew fuq l-Unjoni kollha kemm hi jew idgħajjef l-integrità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni.
Artikolu 32 2.

L-Awtorità tista’, fejn ikollha indikazzjonijiet ta’ ksur serju, ripetut jew sistematiku minn entità marbuta b’obbligu mhux magħżula, titlob lis-superviżur finanzjarju tagħha biex:

(a) 

jinvestiga tali indikazzjonijiet, li jistgħu jikkonċernaw ksur tal-liġi tal-Unjoni jew, fejn tali liġi tal-Unjoni tkun magħmula minn direttivi jew espressament jagħti għażliet għall-Istati Membri, ksur tal-liġi nazzjonali sa fejn dik il-liġi nazzjonali tittrasponi direttivi jew teżerċita għażliet mogħtija lill-Istati Membri mil-liġi tal-Unjoni; u

(b) 

jikkunsidra li jimponi sanzjonijiet fuq dik l-entità fir-rigward ta’ tali ksur f’konformità mal-liġi tal-Unjoni direttament applikabbli jew mal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-direttivi.

F’dak il-kuntest, l-Awtorità tista’, fejn ikun neċessarju, titlob ukoll lis-superviżur finanzjarju ta’ entità marbuta b’obbligu mhux magħżula jadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil dik l-entità li titlobha tieħu l-azzjonijiet kollha neċessarji biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi applikabbli direttament tal-Unjoni jew skont il-liġi nazzjonali sa fejn din tittrasponi d-direttivi jew teżerċita l-għażliet mogħtija lill-Istati Membri mil-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika. It-talbiet imsemmija f’dan il-paragrafu ma għandhomx jimpedixxu l-miżuri superviżorji li jkunu għaddejjin meħuda mis-superviżur finanzjarju li lilu tkun indirizzata t-talba.

Artikolu 32 3.

Talba msemmija fil-paragrafu 2 tista’ tinbeda meta l-Awtorità jkollha indikazzjonijiet ta’ ksur serju, ripetut jew sistematiku:

(a) 

wara notifiki mis-superviżuri finanzjarji skont il-paragrafu 1;

(b) 

bħala riżultat tal-ġbir mill-Awtorità stess ta’ informazzjoni sostanzjata sew; jew

(c) 

mal-wasla ta’ informazzjoni mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċji jew aġenziji tal-Unjoni, jew minn kwalunkwe sors ta’ informazzjoni affidabbli u kredibbli ieħor.

Artikolu 32 4.
Is-superviżur finanzjarju kkonċernat għandu jikkonforma ma’ kwalunkwe talba indirizzata lilu f’konformità mal-paragrafu 2 u għandu jinforma lill-Awtorità malajr kemm jista’ jkun, u sa mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol mill-jum tan-notifika ta’ tali talba, bil-passi li jkun ħa jew li jkun bi ħsiebu jieħu biex jikkonforma ma’ dik it-talba.
Artikolu 32 5.
Meta ma jkunx hemm konformità mat-talba msemmija fil-paragrafu 2 jew informazzjoni dwar il-passi li jkunu ttieħdu jew li jkun hemm intenzjoni li jittieħdu għall-konformità magħha ma tkunx ġiet ipprovduta lill-Awtorità fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tan-notifika tat-talba, l-Awtorità tista’ titlob lill-Kummissjoni tagħti permess għat-trasferiment b’mod temporanju tal-kompiti u s-setgħat rilevanti msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6(1) relatati mas-superviżjoni diretta tal-entità marbuta b’obbligu mhux magħżula mis-superviżur finanzjarju kkonċernat lill-Awtorità.
Artikolu 32 6.

It-talba mill-Awtorità lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5 għandu jkun fiha:

(a) 

deskrizzjoni tal-ksur serju, ripetut jew sistematiku tar-rekwiżiti direttament applikabbli minn entità marbuta b’obbligu mhux magħżula u spjegazzjoni tar-raġuni li għaliha tali ksur jaqa’ fl-ambitu tal-kompetenza tal-Awtorità, skont il-paragrafi 2 u 3;

(b) 

ġustifikazzjoni għaliex it-talba lis-superviżur finanzjarju msemmi fil-paragrafu 2 ma rriżultat fl-ebda azzjoni meħuda fil-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 4, inkluż, fejn ikun rilevanti, l-informazzjoni li l-ebda risposta ma ġiet sottomessa mis-superviżur finanzjarju;

(c) 

tul ta’ żmien propost ta’ massimu ta’ tliet snin, li matulu l-Awtorità se teżerċita l-kompiti u s-setgħat rilevanti fir-rigward tal-entità marbuta b’obbligu mhux magħżula kkonċernata;

(d) 

deskrizzjoni tal-miżuri li l-Awtorità jkun bi ħsiebha tieħu fir-rigward tal-entità marbuta b’obbligu mhux magħżula mat-trasferiment tal-kompiti u s-setgħat rilevanti biex tindirizza l-ksur serju, ripetut jew sistematiku msemmi fil-paragrafu 2;

(e) 

kwalunkwe komunikazzjoni rilevanti bejn l-Awtorità u s-superviżur finanzjarju kkonċernat.

Artikolu 32 7.
Abbażi tal-informazzjoni li tkun waslet skont il-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandu jkollha xahar mid-data li fiha tirċievi t-talba mill-Awtorità biex tadotta deċiżjoni debitament ġustifikata dwar jekk tawtorizzax it-trasferiment tal-kompiti u s-setgħat rilevanti jew jekk topponihx. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità, li għandha tinforma minnufih b’dan lis-superviżur finanzjarju u lill-entità marbuta b’obbligu mhux magħżula. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati bid-deċiżjoni.
Artikolu 32 8.
Fl-għaxar jum tax-xogħol wara li d-deċiżjoni li tawtorizza t-trasferiment tal-kompiti u s-setgħat fir-rigward tal-entità marbuta b’obbligu mhux magħżula tkun ġiet innotifikata lill-Awtorità, l-entità marbuta b’obbligu mhux magħżula għandha titqies bħala entità marbuta b’obbligu magħżula għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 5(2) u s-setgħat imsemmija fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikoli 17 sa 23. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien għall-eżerċizzju ta’ dawk il-kompiti u s-setgħat, li mal-iskadenza tiegħu għandhom jiġu ttrasferiti awtomatikament lura lis-superviżur finanzjarju kkonċernat.
Artikolu 32 9.
Wara li tkun ikkonsultat lis-superviżur finanzjarju kkonċernat, l-Awtorità tista’ tissottometti talba lill-Kummissjoni biex testendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li tawtorizza t-trasferiment tal-kompiti u tas-setgħat. Dik it-talba għandha tiġi sottomessa mill-anqas xahrejn qabel l-iskadenza tal-perjodu inizjali.

It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn dan li ġej:

(a) 

deskrizzjoni tal-miżuri li l-Awtorità tkun ħadet fir-rigward tal-entità marbuta b’obbligu kkonċernata u tal-miżuri ulterjuri li bi ħsiebha tieħu;

(b) 

ġustifikazzjoni dwar għaliex dawk il-miżuri li jifdal jindirizzaw ksur li għadu jaqa’ fl-ambitu tal-kompetenza tal-Awtorità, skont il-paragrafu 2;

(c) 

tul ta’ żmien propost ta’ massimu ta’ tliet snin għall-eżerċizzju kontinwu tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 5(2) u s-setgħat imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-Artikoli 17 sa 23 fir-rigward tal-entità marbuta b’obbligu;

(d) 

kwalunkwe komunikazzjoni rilevanti bejn l-Awtorità u s-superviżur finanzjarju kkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar jekk tagħtix l-estensjoni fil-limitu ta’ żmien indikat fil-paragrafu 7. Kwalunkwe estensjoni mogħtija skont dan il-paragrafu tista’ tingħata darba biss.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.