+Artikolu 34
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
---+Artikolu 34 4.
---+Artikolu 34 5.
---+Artikolu 34 6.
---+Artikolu 34 7.

Artikolu 34

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34 1.
Meta superviżur finanzjarju ma jkunx applika l-miżuri stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2024/1640, jew id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li tittrasponi dik id-Direttiva, jew ikun applika miżuri b’mod li jidher li jkun ksur tal-liġi tal-Unjoni li jwassal għal fallimenti sistematiċi fis-superviżjoni tiegħu li jaffettwaw diversi entitajiet marbuta b’obbligu u jimminaw l-effettività tas-sistema superviżorja tal-AML/CFT, l-Awtorità għandha taġixxi f’konformità mas-setgħat stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.
Artikolu 34 2.
L-Awtorità tista’ tibda investigazzjoni ta’ ksur potenzjali tal-liġi tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1 fuq inizjattiva proprja tagħha meta jkollha indikazzjoni ta’ tali ksur abbażi ta’ informazzjoni sostanzjata sew miġbura mill-Awtorità meta twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament.

L-Awtorità tista’ tinvestiga wkoll allegat ksur jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fuq talba sostanzjata sew minn superviżur finanzjarju wieħed jew aktar, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni.

Meta tkun intalbet investigazzjoni ta’ ksur potenzjali tal-liġi tal-Unjoni skont l-ewwel jew it-tieni subparagrafu, l-Awtorità għandha tinforma kif xieraq lill-parti li tagħmel it-talba kif bi ħsiebha tipproċedi bil-kwistjoni u jekk investigazzjoni dwar l-allegat ksur tkunx ġustifikata. Meta l-Awtorità tiddeċiedi li tipproċedi b’investigazzjoni, hija għandha l-ewwel tinforma lis-superviżur finanzjarju kkonċernat.

Artikolu 34 3.
Is-superviżur finanzjarju li huwa s-suġġett ta’ investigazzjoni skont il-paragrafu 2 għandu, mingħajr dewmien, jipprovdi lill-Awtorità l-informazzjoni kollha li l-Awtorità titlob għall-finijiet tal-investigazzjoni tagħha, inkluż fir-rigward ta’ kif l-atti msemmija fil-paragrafu 1 jiġu applikati f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 34 4.
Fejn jitqies xieraq u neċessarju, l-Awtorità tista’ wkoll, wara li tkun infurmat lis-superviżur finanzjarju li jkun is-suġġett tal-investigazzjoni, tipprovdi opportunità lis-superviżuri finanzjarji l-oħra kollha biex jittrażmettu informazzjoni lill-Awtorità li huma jqisu rilevanti jew jindirizzaw direttament talba debitament ġustifikata u motivata għal informazzjoni lil kwalunkwe superviżur finanzjarju ieħor. Id-destinatarji ta’ tali talba għandhom jipprovdu lill-Awtorità informazzjoni ċara, preċiża u kompleta mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 34 5.
L-Awtorità tista’, mhux aktar tard minn sitt xhur mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza rakkomandazzjoni lis-superviżur finanzjarju soġġett għall-investigazzjoni, li fiha tistabbilixxi l-azzjoni neċessarja għall-konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Qabel ma toħroġ tali rakkomandazzjoni, l-Awtorità għandha timpenja ruħha mas-superviżur finanzjarju meta tqis li tali impenn ikun xieraq sabiex jiġi solvut in-nuqqas sistematiku tas-superviżjoni li jirriżulta fi ksur tal-liġi tal-Unjoni, f’tentattiv biex jintlaħaq qbil dwar l-azzjonijiet neċessarji għall-konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Is-superviżur finanzjarju għandu, fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi r-rakkomandazzjoni, jinforma lill-Awtorità bil-passi li jkun ħa jew li jkun bi ħsiebu jieħu biex jiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 34 6.
Meta s-superviżur finanzjarju ma jikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien xahar mid-data li fiha jkun irċeva r-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet informata mill-Awtorità b’dak il-fatt, jew fuq inizjattiva proprja tagħha, toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li s-superviżur finanzjarju jieħu l-azzjoni neċessarja biex jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. L-opinjoni formali tal-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.

Il-Kummissjoni għandha toħroġ tali -opinjoni formali fi żmien tliet xhur mid-data tal-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ testendi dak il-perjodu b’xahar.

L-Awtorità u s-superviżur finanzjarju għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha neċessarja.

Artikolu 34 7.
Is-superviżur finanzjarju għandu, fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi l-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 6, jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità bil-passi li jkun ħa jew li jkun bi ħsiebu jieħu biex jikkonforma ma’ dik l-opinjoni formali. Meta jieħu azzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ opinjoni formali, is-superviżur finanzjarju għandu jikkonforma ma’ dik l-opinjoni formali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.