+Artikolu 38
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
|
Artikolu 38
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1.
|
L-Awtorità tista’ tassisti lis-superviżuri mhux finanzjarji biex jilħqu ftehim f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu fuq talba ta’ superviżur mhux finanzjarju wieħed jew aktar skont l-Artikoli 46, 47, 50 jew 54 tad-Direttiva (UE) 2024/1640 jew f’każijiet oħra fejn superviżur mhux finanzjarju ma jaqbilx mal-proċedura jew mal-kontenut ta’ azzjoni, azzjoni proposta, jew nuqqas ta’ attività ta’ superviżur mhux finanzjarju ieħor sa fejn din taffettwa l-kompiti u r-responsabbiltajiet superviżorji tiegħu stess fir-rigward ta’ entità marbuta b’obbligu speċifika jew diversi entitajiet marbuta b’obbligu.
|
|
Artikolu 38 2.
|
F’każijiet għajr dawk koperti mill-Artikoli 46, 47, 50 u 54 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, superviżur mhux finanzjarju għandu jitlob l-assistenza tal-Awtorità mingħajr dewmien żejjed meta dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni tirrikjedi li dak is-superviżur mhux finanzjarju jilħaq, ma’ superviżur finanzjarju ieħor jew superviżuri mhux finanzjarji oħra, ftehim, arranġament jew forma oħra ta’ kooperazzjoni stabbilita jew formalizzata relatata mas-superviżjoni ta’ entitajiet marbuta b’obbligu speċifiċi, u jseħħ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
il-ftehim ikun intlaħaq iżda ma jkunx ġie effettivament applikat jew osservat minn waħda mill-partijiet;
(b)
superviżur mhux finanzjarju jikkonkludi abbażi ta’ raġunijiet oġġettivi li jeżisti nuqqas ta’ qbil;
(c)
ikunu għaddew xahrejn mid-data li fiha superviżur mhux finanzjarju jkun irċieva talba minn superviżur mhux finanzjarju ieħor biex jieħu ċerta azzjoni sabiex jikkonforma mal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament u s-superviżur mitlub ma jkunx adotta deċiżjoni li tissodisfa t-talba.
|
|
Artikolu 38 3.
|
Il-Bord Eżekuttiv għandu jivvaluta kwalunkwe talba msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u jinnotifika lill-partijiet rilevanti jekk iqisx it-talba ġustifikata u jekk ikollux l-intenzjoni li jaġixxi fuqha f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 38 4.
|
L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien għall-konċiljazzjoni bejn is-superviżuri mhux finanzjarji, b’kont meħud ta’ kwalunkwe perjodu ta’ żmien rilevanti speċifikat fil-liġi tal-Unjoni, kif ukoll tal-kumplessità u tal-urġenza tal-kwistjoni. Għall-finijiet tal-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-Awtorità għandha taġixxi ta’ medjatur. Fejn ikun neċessarju jew previst fil-liġi tal-Unjoni, l-Awtorità għandha toħroġ opinjoni dwar kif għandu jiġi solvut in-nuqqas ta’ qbil.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|