|
+Artikolu 38 2. |
Artikolu 38 2.F’każijiet għajr dawk koperti mill-Artikoli 46, 47, 50 u 54 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, superviżur mhux finanzjarju għandu jitlob l-assistenza tal-Awtorità mingħajr dewmien żejjed meta dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni tirrikjedi li dak is-superviżur mhux finanzjarju jilħaq, ma’ superviżur finanzjarju ieħor jew superviżuri mhux finanzjarji oħra, ftehim, arranġament jew forma oħra ta’ kooperazzjoni stabbilita jew formalizzata relatata mas-superviżjoni ta’ entitajiet marbuta b’obbligu speċifiċi, u jseħħ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
il-ftehim ikun intlaħaq iżda ma jkunx ġie effettivament applikat jew osservat minn waħda mill-partijiet;
(b)
superviżur mhux finanzjarju jikkonkludi abbażi ta’ raġunijiet oġġettivi li jeżisti nuqqas ta’ qbil;
(c)
ikunu għaddew xahrejn mid-data li fiha superviżur mhux finanzjarju jkun irċieva talba minn superviżur mhux finanzjarju ieħor biex jieħu ċerta azzjoni sabiex jikkonforma mal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament u s-superviżur mitlub ma jkunx adotta deċiżjoni li tissodisfa t-talba. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|