+Artikolu 40
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 40 3.
---+Artikolu 40 4.
---+Artikolu 40 5.
---+Artikolu 40 6.
---+Artikolu 40 7.
---+Artikolu 40 8.

Artikolu 40

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40 1.
L-Awtorità għandha tistabbilixxi l-metodi u l-kriterji għall-għażla u l-prijoritizzazzjoni tal-każijiet rilevanti għat-twettiq ta’ analiżijiet konġunti f’konformità mal-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, li għandhom jiġu assistiti mill-Awtorità.
Artikolu 40 2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tfassal, fuq bażi annwali, lista ta’ oqsma ta’ prijorità għat-twettiq ta’ analiżijiet konġunti. Dik il-lista tista’ tiġi rieżaminata meta jiġu identifikati oqsma ta’ prijorità ġodda.
Artikolu 40 3.
Meta, skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2024/1640 u wara li tikkunsidra l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, FIU ta’ Stat Membru tidentifika ħtieġa potenzjali li titwettaq analiżi konġunta ma’ FIU waħda jew diversi fi Stati Membri oħra, hija għandha tinnotifika b’dan lill-Awtorità.

L-Awtorità għandha tirreġistra n-notifiki kollha li tirċievi skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u tivvaluta r-rilevanza tal-każ f’konformità mal-metodi u l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1. Meta l-Awtorità tivvaluta li l-każ ikun rilevanti, hija għandha, fi żmien ħamest ijiem min-notifika inizjali, tinforma lill-FIUs fl-Istati Membri rilevanti kollha u tistedinhom jieħdu sehem fl-analiżi konġunta. Għal dak il-għan, l-Awtorità għandha tuża kanali ta’ komunikazzjoni siguri. L-FIUs fl-Istati Membri rilevanti kollha għandhom jikkunsidraw li jieħdu sehem fl-analiżi konġunta.

Artikolu 40 4.
Jekk mill-anqas FIU oħra taqbel li tieħu sehem fl-analiżi konġunta, l-Awtorità għandha tiżgura li l-analiżi konġunta titnieda fi żmien 20 jum mill-valutazzjoni inizjali msemmija fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, sakemm l-urġenza tal-kwistjoni ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ skadenza iqsar.
Artikolu 40 5.
Kwalunkwe FIU li tirrifjuta li tipparteċipa fit-twettiq tal-analiżi konġunta għandha tipprovdi r-raġunijiet għal dan bil-miktub lill-Awtorità, fi żmien ħamest ijiem minn meta tirċievi l-istedina. L-Awtorità għandha tipprovdi tali spjegazzjoni mingħajr dewmien lill-FIU li tkun identifikat il-ħtieġa għal analiżi konġunta.
Artikolu 40 6.
Bil-kunsens espliċitu tal-FIUs kollha li jipparteċipaw fl-analiżi konġunta, il-persunal tal-Awtorità li jappoġġa l-analiżi konġunta għandu jingħata aċċess għad-data kollha relatata mas-suġġett tal-każ u għandu jkun jista’ jipproċessa dik id-data għall-finijiet tal-appoġġ għall-analiżi konġunta.

Meta FIU tirrifjuta li tagħti aċċess lill-persunal tal-Awtorità għad-data li tappartjeni għas-suġġett tal-każ, hija għandha tiżgura li l-informazzjoni tiġi pprovduta mod ieħor, b’mod li ma jfixkilx lill-persunal tal-Awtorità milli jipprovdi appoġġ operazzjonali għall-analiżi konġunta, u lanqas ma jxekkel b’mod effettiv il-kapaċità tiegħu li jipprovdi tali appoġġ.

Meta diversi FIUs jirrifjutaw li jagħtu aċċess għad-data li tappartjeni għas-suġġett tal-każ, l-Awtorità għandha tivvaluta mill-ġdid jekk il-kompiti li l-persunal tagħha jwettaq jiġġustifikawx l-appoġġ tagħha għall-analiżi konġunta, u tikkunsidra li tirrakkomanda li l-analiżi konġunta tipproċedi mingħajr l-appoġġ tagħha minflok.

Artikolu 40 7.
L-Awtorità għandha tipprovdi l-għodod u l-appoġġ operazzjonali kollha neċessarji għat-twettiq tal-analiżi konġunta, f’konformità mal-metodi u l-proċeduri żviluppati. B’mod partikolari, l-Awtorità għandha tistabbilixxi kanal ta’ komunikazzjoni dedikat u sigur għat-twettiq tal-analiżi konġunta, u għandha tipprovdi l-koordinazzjoni teknika xierqa, inkluż is-sostenn għall-IT, kif ukoll l-appoġġ baġitarju u loġistiku.
Artikolu 40 8.
Bil-kunsens espliċitu tal-FIUs kollha li jipparteċipaw fl-analiżi konġunta, il-persunal tal-Awtorità li jappoġġa l-analiżi konġunta għandu jkun awtorizzat li jqabbel, abbażi ta’ sistema hit/no-hit, id-data ta’ dawk l-FIUs ma’ data magħmula disponibbli minn FIUs oħrajn u minn korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom.

Fil-każ ta’ hit, l-Awtorità għandha taqsam mal-FIUs kollha li jipparteċipaw fl-analiżi konġunta l-informazzjoni li skattat il-hit sal-punt li l-fornitur tal-informazzjoni jkun awtorizza l-kondiviżjoni tagħha u li l-informazzjoni tkun neċessarja biex titwettaq l-analiżi konġunta.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Awtorità għandha tuża sistema mfassla għat-tqabbil tal-informazzjoni rilevanti għall-finijiet tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu u l-finanzjament tat-terroriżmu b’mod proporzjonat. Dik is-sistema għandha tiżgura livell ta’ sigurtà u kunfidenzjalità proporzjonat għan-natura u l-firxa tal-informazzjoni mqabbla. Il-metodi u l-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti għat-twettiq tal-analiżijiet konġunti skont l-Artikolu 43(1) u l-arranġamenti ta’ ħidma li għandhom jiġu konklużi skont l-Artikolu 94(2) għandhom jispeċifikaw il-metodi għat-twettiq tat-tqabbil abbażi ta’ sistema hit/no-hit kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.