+Artikolu 57 2.

Artikolu 57 2.

Il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja għandu jkun magħmul minn:

(a) 

il-President tal-Awtorità, bid-dritt tal-vot;

(b) 

il-kapijiet tal-awtoritajiet superviżorji tal-entitajiet marbuta b’obbligu f’kull Stat Membru, bid-dritt tal-vot;

(c) 

rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni, mingħajr id-dritt tal-vot.

Il-kapijiet tal-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), f’kull Stat Membru għandhom jikkondividu vot wieħed u għandhom jaqblu dwar rappreżentant komuni wieħed, li għandu jkun jew rappreżentant permanenti jew rappreżentant bid-dritt tal-vot ad hoc, għall-finijiet ta’ kull laqgħa jew proċedura ta’ votazzjoni speċifika. Meta l-punti li jkunu se jiġu diskussi mill-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja jikkonċernaw il-kompetenza ta’ diversi awtoritajiet superviżorji, ir-rappreżentant komuni wieħed jista’ jkun akkumpanjat minn rappreżentant minn mhux aktar minn żewġ awtoritajiet superviżorji oħra, mingħajr id-dritt tal-vot.

Kull awtorità superviżorja li jkollha membru bid-dritt tal-vot skont ftehim ad hoc jew permanenti għandha tkun responsabbli għan-nomina ta’ membru supplenti ta’ livell għoli mill-awtorità tagħha, li jista’ jissostitwixxi lill-membru bid-dritt tal-vot tal-Bord Ġenerali msemmi fit-tieni subparagrafu meta dik il-persuna ma tkunx tista’ tattendi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.