+Artikolu 57
---+Artikolu 57 1.
---+Artikolu 57 2.
---+Artikolu 57 3.
---+Artikolu 57 4.
---+Artikolu 57 5.
|
Artikolu 57
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 57 1.
|
Il-Bord Ġenerali għandu jkollu jew il-kompożizzjoni superviżorja stabbilita fil-paragrafu 2 jew il-kompożizzjoni tal-FIU stabbilita fil-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 57 2.
|
Il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja għandu jkun magħmul minn:
(a)
il-President tal-Awtorità, bid-dritt tal-vot;
(b)
il-kapijiet tal-awtoritajiet superviżorji tal-entitajiet marbuta b’obbligu f’kull Stat Membru, bid-dritt tal-vot;
(c)
rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni, mingħajr id-dritt tal-vot.
Il-kapijiet tal-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), f’kull Stat Membru għandhom jikkondividu vot wieħed u għandhom jaqblu dwar rappreżentant komuni wieħed, li għandu jkun jew rappreżentant permanenti jew rappreżentant bid-dritt tal-vot ad hoc, għall-finijiet ta’ kull laqgħa jew proċedura ta’ votazzjoni speċifika. Meta l-punti li jkunu se jiġu diskussi mill-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja jikkonċernaw il-kompetenza ta’ diversi awtoritajiet superviżorji, ir-rappreżentant komuni wieħed jista’ jkun akkumpanjat minn rappreżentant minn mhux aktar minn żewġ awtoritajiet superviżorji oħra, mingħajr id-dritt tal-vot. Kull awtorità superviżorja li jkollha membru bid-dritt tal-vot skont ftehim ad hoc jew permanenti għandha tkun responsabbli għan-nomina ta’ membru supplenti ta’ livell għoli mill-awtorità tagħha, li jista’ jissostitwixxi lill-membru bid-dritt tal-vot tal-Bord Ġenerali msemmi fit-tieni subparagrafu meta dik il-persuna ma tkunx tista’ tattendi.
|
|
Artikolu 57 3.
|
Il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIU għandu jkun magħmul minn:
(a)
il-President tal-Awtorità, bid-dritt tal-vot;
(b)
il-kapijiet tal-FIUs, bid-dritt tal-vot;
(c)
rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni, mingħajr id-dritt tal-vot.
Kull FIU għandha tinnomina membru supplenti ta’ livell għoli mill-unità tagħha, li jista’ jissostitwixxi l-kap tal-FIU msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), meta dik il-persuna ma tkunx tista’ tattendi.
|
|
Artikolu 57 4.
|
Il-Bord Ġenerali jista’ jiddeċiedi li jdaħħal osservaturi. B’mod partikolari, il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIU jista’ jdaħħal bħala osservaturi lir-rappreżentanti tal-OLAF, tal-Europol, tal-Eurojust u tal-UPPE għal laqgħat, meta l-kwistjonijiet jaqgħu taħt l-ambitu tal-mandati rispettivi tagħhom. Il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja għandu jdaħħal rappreżentant innominat mill-Bord Superviżorju tal-BĊE u rappreżentant ta’ kull waħda mill-ASEs bħala osservaturi, meta jiġu diskussi kwistjonijiet fl-ambitu tal-mandati rispettivi tagħhom. Iċ-ċirkostanzi li fihom l-istituzzjoni, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni elenkati fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Bord Ġenerali għandhom jiġu speċifikati fir-regoli ta’ proċedura tal-Bord Ġenerali u jirriflettu ftehim milħuq bejn l-Awtorità u kull wieħed minn dawk l-osservaturi. Jistgħu jiddaħħlu fuq bażi ad hoc osservaturi oħra jekk ikunu approvati minn maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri votanti tal-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni rilevanti.
|
|
Artikolu 57 5.
|
Il-membri tal-Bord Eżekuttiv jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord Ġenerali, kemm jekk fil-kompożizzjoni superviżorja kif ukoll fil-kompożizzjoni tal-FIU, mingħajr id-dritt tal-vot, meta jiġu diskussi l-punti koperti mill-oqsma ta’ responsabbiltà tagħhom kif iddeterminat mill-President tal-Awtorità u msemmija fl-Artikolu 66(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|