+Artikolu 58
---+Artikolu 58 1.
---+Artikolu 58 2.
---+Artikolu 58 3.
---+Artikolu 58 4.
|
Artikolu 58
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 58 1.
|
Il-Bord Ġenerali, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba tal-President tal-Awtorità, jista’ jistabbilixxi kumitati interni għal kompiti speċifiċi attribwiti lilu. Il-Bord Ġenerali jista’ jipprevedi d-delega ta’ ċerti kompiti u deċiżjonijiet definiti b’mod ċar lill-kumitati interni, lill-Bord Eżekuttiv jew lill-President tal-Awtorità. Il-Bord Ġenerali jista’ jirrevoka tali delega fi kwalunkwe ħin.
|
|
Artikolu 58 2.
|
Il-kumitati interni għandhom jirrapportaw lill-Bord Ġenerali, għal deċiżjoni, il-konklużjonijiet kollha milħuqa minnhom.
|
|
Artikolu 58 3.
|
Il-membri tal-Bord Eżekuttiv jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-kumitati interni f’konformità mal-Artikolu 57(5).
|
|
Artikolu 58 4.
|
Il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIUs għandu jistabbilixxi kumitat permanenti magħmul minn disgħa mill-membri jew mir-rappreżentanti tiegħu b’għarfien espert adegwat mill-FIUs nazzjonali rispettiva tagħhom, biex jappoġġah fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont l-Artikolu 60(3), inkluż billi jippreżenta proposti u jħejji abbozzi ta’ deċiżjonijiet. Il-kumitat permanenti ma għandux ikollu setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Huwa għandu jwettaq il-kompiti tiegħu fl-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali u għandu jaħdem fi trasparenza sħiħa mal-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIUs. Il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIUs għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tal-kumitat permanenti. Il-kompożizzjoni tal-kumitat permanenti għandha tiżgura bilanċ ġust u rotazzjoni bejn il-membri jew ir-rappreżentanti tal-FIUs nazzjonali. Id-disa’ membri tagħha għandhom jinħatru mill-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIUs.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|