+Artikolu 61
---+Artikolu 61 1.
---+Artikolu 61 2.
---+Artikolu 61 3.
---+Artikolu 61 4.
---+Artikolu 61 5.

Artikolu 61

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 61 1.
Id-deċiżjonijiet tal-Bord Ġenerali għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru bid-dritt tal-vot kif iddeterminat mill-Artikolu 57(2) u (3) għandu jkollu vot wieħed. F’każ ta’ voti ndaqs, il-President tal-Awtorità għandu jkollu vot deċiżiv.
Artikolu 61 2.
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Bord Ġenerali, fir-rigward tal-atti msemmija fl-Artikoli 49, 53, 54 u 55 ta’ dan ir-Regolament, għandu jieħu d-deċiżjonijiet abbażi ta’ maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu, kif previst fl-Artikolu 16(4) tat-TUE.

Il-President tal-Awtorità ma għandux jivvota fuq id-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-opinjonijiet imsemmija fl-Artikolu 60(2) jew id-deċiżjonijiet relatati mal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-Bord Eżekuttiv imsemmija fl-Artikolu 63(5).

Artikolu 61 3.
Il-membri mingħajr dritt tal-vot u l-osservaturi ma għandhom jattendu għall-ebda diskussjoni li ssir fil-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja dwar entitajiet marbuta b’obbligu individwali, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew inkella deċiżi mill-membri bid-dritt tal-vot.
Artikolu 61 4.
Il-paragrafu 3 ma għandux japplika għall-membri tal-Bord Eżekuttiv u r-rappreżentant tal-BĊE nnominat mill-Bord Superviżorju tal-BĊE.
Artikolu 61 5.
Il-President tal-Awtorità għandu jkollu l-prerogattiva li jitlob vot fi kwalunkwe ħin. Mingħajr preġudizzju għal dik il-prerogattiva u għall-effettività tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità, il-Bord Ġenerali għandu jagħmel ħiltu għal kunsens meta jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.