+Artikolu 64 4.

Artikolu 64 4.

Barra minn hekk, il-Bord Eżekuttiv għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a) 

jadotta, sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, abbażi ta’ proposta mid-Direttur Eżekuttiv, l-abbozz ta’ Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 65, u jittrażmettih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara, kif ukoll jadotta u jittrażmetti kwalunkwe verżjoni aġġornata oħra tad-dokument;

(b) 

jadotta l-abbozz ta’ baġit annwali tal-Awtorità u jeżerċita funzjonijiet oħra fir-rigward tal-baġit tal-Awtorità;

(c) 

jivvaluta u jadotta rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluża ħarsa ġenerali lejn it-twettiq tal-kompiti tiegħu u jgħaddih, sal-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri u jippubblikah;

(d) 

jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata għar-riskji ta’ frodi filwaqt li jqis il-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;

(e) 

jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu, kif ukoll tal-membri tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami;

(f) 

jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu;

(g) 

jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Awtorità, is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra;

(h) 

jadotta regoli ta’ implimentazzjoni xierqa sabiex ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra jsiru effettivi f’konformità mal-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

(i) 

jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jneħħih mill-kariga, f’konformità mal-Artikolu 70(5);

(j) 

jaħtar uffiċjal tal-kontabbiltà, li jista’ jkun l-uffiċjal tal-kontabbilità tal-Kummissjoni, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, li għandu jkun indipendenti għalkollox fit-twettiq ta’ dmirijietu;

(k) 

jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar intern jew estern, kif ukoll mill-investigazzjonijiet tal-OLAF;

(l) 

jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità;

(m) 

jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Awtorità u, fejn ikun neċessarju, dwar il-modifika tagħhom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.