+Artikolu 64
---+Artikolu 64 1.
---+Artikolu 64 2.
---+Artikolu 64 3.
---+Artikolu 64 4.
---+Artikolu 64 5.
---+Artikolu 64 6.
---+Artikolu 64 7.
|
Artikolu 64
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 64 1.
|
Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-ippjanar ġenerali u għat-twettiq tal-kompiti mogħtija lill-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 5. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta d-deċiżjonijiet kollha tal-Awtorità bl-eċċezzjoni tad-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-Bord Ġenerali f’konformità mal-Artikolu 60.
|
|
Artikolu 64 2.
|
Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta d-deċiżjonijiet indirizzati lill-entitajiet marbuta b’obbligu għall-finijiet tal-eżerċitar tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 6(1), filwaqt li jqis il-proposta tat-tim superviżorju konġunt tal-entità marbuta b’obbligu magħżula msemmi fl-Artikolu 16, il-proposta tat-tim investigattiv indipendenti msemmi fl-Artikolu 27, u l-opinjoni mogħtija mill-Bord Ġenerali dwar dik id-deċiżjoni proposta skont l-Artikolu 60(2). Meta l-Bord Eżekuttiv jiddeċiedi li jiddevja minn tali opinjoni, huwa għandu jagħti raġunijiet dettaljati għal dan bil-miktub.
|
|
Artikolu 64 3.
|
Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta d-deċiżjonijiet kollha indirizzati lill-awtoritajiet pubbliċi individwali f’konformità mal-Artikoli 14, 30 u 32 sa 36.
|
|
Artikolu 64 4.
|
Barra minn hekk, il-Bord Eżekuttiv għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
(a)
jadotta, sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, abbażi ta’ proposta mid-Direttur Eżekuttiv, l-abbozz ta’ Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 65, u jittrażmettih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara, kif ukoll jadotta u jittrażmetti kwalunkwe verżjoni aġġornata oħra tad-dokument;
(b)
jadotta l-abbozz ta’ baġit annwali tal-Awtorità u jeżerċita funzjonijiet oħra fir-rigward tal-baġit tal-Awtorità;
(c)
jivvaluta u jadotta rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluża ħarsa ġenerali lejn it-twettiq tal-kompiti tiegħu u jgħaddih, sal-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri u jippubblikah;
(d)
jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata għar-riskji ta’ frodi filwaqt li jqis il-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;
(e)
jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu, kif ukoll tal-membri tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami;
(f)
jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu;
(g)
jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Awtorità, is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra;
(h)
jadotta regoli ta’ implimentazzjoni xierqa sabiex ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra jsiru effettivi f’konformità mal-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;
(i)
jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jneħħih mill-kariga, f’konformità mal-Artikolu 70(5);
(j)
jaħtar uffiċjal tal-kontabbiltà, li jista’ jkun l-uffiċjal tal-kontabbilità tal-Kummissjoni, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, li għandu jkun indipendenti għalkollox fit-twettiq ta’ dmirijietu;
(k)
jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar intern jew estern, kif ukoll mill-investigazzjonijiet tal-OLAF;
(l)
jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità;
(m)
jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Awtorità u, fejn ikun neċessarju, dwar il-modifika tagħhom.
|
|
Artikolu 64 5.
|
Il-Bord Eżekuttiv għandu jagħżel Viċi President tal-Awtorità minn fost il-membri bid-dritt tal-vot tiegħu. Il-Viċi President għandu jissostitwixxi awtomatikament lill-President tal-Awtorità jekk il-President ma jkunx jista’ jaqdi dmirijietu.
|
|
Artikolu 64 6.
|
Fir-rigward tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 4 il-punt (h), ta’ dan l-Artikolu, il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta, f’konformità mal-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra, li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.
|
|
Artikolu 64 7.
|
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord Eżekuttiv jista’, permezz ta’ deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u kwalunkwe sottodelega mid-Direttur Eżekuttiv u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li ma jkunx id-Direttur Eżekuttiv.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|