+Artikolu 76
---+Artikolu 76 1.
---+Artikolu 76 2.
---+Artikolu 76 3.
---+Artikolu 76 4.
|
Artikolu 76
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 76 1.
|
L-estimi tad-dħul u l-infiq kollu għall-Awtorità għandhom jitħejjew kull sena finanzjarja, li tikkorrispondi għas-sena kalendarja, u għandhom jintwerew fil-baġit tal-Awtorità.
|
|
Artikolu 76 2.
|
Il-baġit tal-Awtorità għandu jkun bilanċjat f’termini ta’ dħul u nefqa.
|
|
Artikolu 76 3.
|
Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, id-dħul tal-Awtorità għandu jikkonsisti f’kombinazzjoni ta’ dawn li ġejjin:
(a)
kontribuzzjoni mill-Unjoni mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni;
(b)
it-tariffi mħallsa mill-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula u mhux magħżula f’konformità mal-Artikolu 77, għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punti (a), (b) u (c), u fl-Artikolu 5(3), il-punti (a) sa (d), (f) u (g);
(c)
kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja mill-Istati Membri;
(d)
tariffi miftiehma għal pubblikazzjonijiet, u għal taħriġ u kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-Awtorità meta dawn ikunu ntalbu speċifikament minn FIU waħda jew aktar jew il-kontropartijiet tagħhom f’pajjiżi terzi jew minn awtoritajiet li mhumiex AML/CFT.
(e)
finanzjament possibbli tal-Unjoni fil-forma ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jew għotjiet ad hoc f’konformità mar-regoli finanzjarji tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 81 u mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni;
L-ammont u l-oriġini ta’ kwalunkwe dħul imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punti (b), (c), (d) u (e) ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu inklużi fil-kontijiet annwali tal-Awtorità u ddettaljati b’mod ċar fir-rapport annwali dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Awtorità msemmi fl-Artikolu 80(2).
|
|
Artikolu 76 4.
|
In-nefqa tal-Awtorità għandha tinkludi r-remunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u infrastrutturali u l-kostijiet operatorji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|