+Artikolu 102
---+Artikolu 102 1.
---+Artikolu 102 2.
---+Artikolu 102 3.
---+Artikolu 102 4.

Artikolu 102

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 102 1.

Sal-31 ta’ Diċembru 2030, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar il-prestazzjoni tal-Awtorità fir-rigward tal-objettivi, il-mandat, il-kompiti u l-post tagħha, f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni. Dak ir-rapport, b’mod partikolari, għandu jindirizza:

(a) 

il-ħtieġa possibbli li jiġi emendat il-mandat tal-Awtorità, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe emenda bħal din;

(b) 

l-impatt tal-attivitajiet u l-kompiti superviżorji kollha tal-Awtorità fuq l-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi, u b’mod speċifiku l-effettività ta’:

(i) 

il-kompiti u l-attivitajiet superviżorji relatati mas-superviżjoni diretta ta’ entitajiet marbuta b’obbligu magħżula;

(ii) 

is-superviżjoni indiretta ta’ entitajiet marbuta b’obbligu mhux magħżula;

(iii) 

is-sorveljanza indiretta ta’ entitajiet marbuta b’obbligu oħrajn;

(c) 

l-impatt tal-attivitajiet relatati mal-appoġġ u l-koordinazzjoni tal-FIUs, u b’mod partikolari l-koordinazzjoni tal-analiżijiet konġunti tal-attivitajiet u t-tranżazzjonijiet transfruntiera mwettqa mill-FIUs;

(d) 

l-imparzjalità, l-oġġettività u l-awtonomija tal-Awtorità;

(e) 

l-adegwatezza tal-arranġamenti ta’ governanza, inklużi l-kompożizzjoni u l-arranġamenti tal-vot fil-Bord Eżekuttiv u r-relazzjoni tiegħu mal-Bord Ġenerali;

(f) 

il-kosteffettività tal-Awtorità, jekk ikun xieraq, separatament fir-rigward tas-sorsi distinti ta’ finanzjament tagħha;

(g) 

l-effettività tal-mekkaniżmu ta’ rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-Awtorità u l-arranġamenti tal-indipendenza u tal-obbligu ta’ rendikont applikabbli għall-Awtorità;

(h) 

l-effettività tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni u ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet mhux tal-AML/CFT;

(i) 

l-interazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet u l-korpi superviżorji l-oħra tal-Unjoni, inklużi l-EBA, il-Europol, il-Eurojust, l-OLAF u l-UPPE;

(j) 

l-ambitu tas-superviżjoni diretta u l-kriterji u l-metodoloġiji għall-valutazzjoni u l-għażla ta’ entitajiet għas-superviżjoni diretta;

(k) 

l-effettività tas-setgħat superviżorji u ta’ sanzjonar tal-Awtorità;

(l) 

l-effettività tal-prattiki superviżorji u l-konverġenza fihom, milħuqa mill-awtoritajiet superviżorji u r-rwol tal-Awtorità fihom.

Artikolu 102 2.

Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jeżamina wkoll jekk:

(a) 

ir-riżorsi tal-Awtorità jkunux adegwati biex hija twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha;

(b) 

ikunx xieraq li jingħataw kompiti superviżorji addizzjonali lill-Awtorità fir-rigward ta’ entitajiet marbuta b’obbligu fis-settur mhux finanzjarju, filwaqt li jiġi speċifikat, kif ikun xieraq, it-tipi ta’ entitajiet li għandhom ikunu soġġetti għal kompiti superviżorji addizzjonali;

(c) 

ikunx xieraq li jingħataw kompiti addizzjonali fil-qasam tal-appoġġ u l-koordinazzjoni tal-ħidma tal-FIUs;

(d) 

ikunx xieraq li l-Awtorità tingħata setgħat addizzjonali ta’ sanzjonar.

Artikolu 102 3.
F’kull tieni rapport, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tar-riżultati miksuba mill-Awtorità b’kont meħud tal-objettivi, il-mandat, il-kompiti u s-setgħat tagħha, inkluża valutazzjoni ta’ jekk il-kontinwazzjoni tal-Awtorità tkunx għadha ġustifikata fir-rigward ta’ dawn l-objettivi, dan il-mandat u dawn l-kompiti.
Artikolu 102 4.
Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif ikun xieraq, għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.