|
+Artikolu 102 1. |
Artikolu 102 1.Sal-31 ta’ Diċembru 2030, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar il-prestazzjoni tal-Awtorità fir-rigward tal-objettivi, il-mandat, il-kompiti u l-post tagħha, f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni. Dak ir-rapport, b’mod partikolari, għandu jindirizza:
(a)
il-ħtieġa possibbli li jiġi emendat il-mandat tal-Awtorità, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe emenda bħal din;
(b)
l-impatt tal-attivitajiet u l-kompiti superviżorji kollha tal-Awtorità fuq l-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi, u b’mod speċifiku l-effettività ta’:
(i)
il-kompiti u l-attivitajiet superviżorji relatati mas-superviżjoni diretta ta’ entitajiet marbuta b’obbligu magħżula;
(ii)
is-superviżjoni indiretta ta’ entitajiet marbuta b’obbligu mhux magħżula;
(iii)
is-sorveljanza indiretta ta’ entitajiet marbuta b’obbligu oħrajn;
(c)
l-impatt tal-attivitajiet relatati mal-appoġġ u l-koordinazzjoni tal-FIUs, u b’mod partikolari l-koordinazzjoni tal-analiżijiet konġunti tal-attivitajiet u t-tranżazzjonijiet transfruntiera mwettqa mill-FIUs;
(d)
l-imparzjalità, l-oġġettività u l-awtonomija tal-Awtorità;
(e)
l-adegwatezza tal-arranġamenti ta’ governanza, inklużi l-kompożizzjoni u l-arranġamenti tal-vot fil-Bord Eżekuttiv u r-relazzjoni tiegħu mal-Bord Ġenerali;
(f)
il-kosteffettività tal-Awtorità, jekk ikun xieraq, separatament fir-rigward tas-sorsi distinti ta’ finanzjament tagħha;
(g)
l-effettività tal-mekkaniżmu ta’ rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-Awtorità u l-arranġamenti tal-indipendenza u tal-obbligu ta’ rendikont applikabbli għall-Awtorità;
(h)
l-effettività tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni u ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet mhux tal-AML/CFT;
(i)
l-interazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet u l-korpi superviżorji l-oħra tal-Unjoni, inklużi l-EBA, il-Europol, il-Eurojust, l-OLAF u l-UPPE;
(j)
l-ambitu tas-superviżjoni diretta u l-kriterji u l-metodoloġiji għall-valutazzjoni u l-għażla ta’ entitajiet għas-superviżjoni diretta;
(k)
l-effettività tas-setgħat superviżorji u ta’ sanzjonar tal-Awtorità;
(l)
l-effettività tal-prattiki superviżorji u l-konverġenza fihom, milħuqa mill-awtoritajiet superviżorji u r-rwol tal-Awtorità fihom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|