+KAPITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
---+Artikolu 96
------+Artikolu 96 1.
------+Artikolu 96 2.
------+Artikolu 96 3.
------+Artikolu 96 4.
------+Artikolu 96 5.
---+Artikolu 97
------+Artikolu 97 1.
------+Artikolu 97 2.
------+Artikolu 97 3.
---+L-Artikolu 98
------+L-Artikolu 98 1.
------+L-Artikolu 98 2.
---+L-Artikolu 99
------+L-Artikolu 99 1.
------+L-Artikolu 99 2.
---+Artikolu 100
------+Artikolu 100 1.
------+Artikolu 100 2.
------+Artikolu 100 3.
------+Artikolu 100 4.
------+Artikolu 100 5.
------+Artikolu 100 6.
------+Artikolu 100 7.
---+Artikolu 101
------+Artikolu 101 1.
------+Artikolu 101 2.
---+Artikolu 102
------+Artikolu 102 1.
------+Artikolu 102 2.
------+Artikolu 102 3.
------+Artikolu 102 4.
---+Artikolu 103
---+Artikolu 104
---+Artikolu 105
---+Artikolu 106
------+Artikolu 106 1.
------+Artikolu 106 2.
------+Artikolu 106 3.
------+Artikolu 106 4.
---+Artikolu 107
---+Artikolu 108

KAPITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

KAPITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 96
Artikolu 97
L-Artikolu 98
L-Artikolu 99
Artikolu 100
Artikolu 101
Artikolu 102
Artikolu 103

Artikolu 103

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 huwa emendat kif ġej:

(1) 

l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

(b) 

fil-paragrafu 5, il-punt (h) huwa mħassar;

(2) 

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-punt (1a) huwa mħassar;

(b) 

fil-punt (2), il-punt (iii) huwa mħassar;

(3) 

fl-Artikolu 8(1), il-punt (l) huwa mħassar;

(4) 

l-Artikoli 9a u 9b huma mħassra;

(5) 

fl-Artikolu 17, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.  
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 258 TFUE, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu fil-perjodu ta’ żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja, f’ħin opportun, tali nuqqas ta’ konformità sabiex iżżomm jew treġġa’ lura l-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista’, meta r-rekwiżiti rilevanti tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament ikunu direttament applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li titlobha tieħu l-azzjoni kollha meħtieġa biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f’konformità mal-opinjoni formali maħruġa mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.”

;

(6) 

fl-Artikolu 19, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.  
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 258 tat-TFUE, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil dik l-istituzzjoni finanzjarja li titlobha tieħu l-azzjoni kollha meħtieġa biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika.”

;

(7) 

fl-Artikolu 33(1), it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

(8) 

fl-Artikolu 40(7), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li jammetti osservaturi. B’mod partikolari, il-Bord tas-Superviżuri għandu jammetti rappreżentant tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu, kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ) meta l-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tiegħu jiġu diskussi jew deċiżi.

(9) 

fl-Artikolu 81, il-paragrafu 2b huwa mħassar.

Artikolu 104

Artikolu 104

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1094/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

(2) 

fl-Artikolu 40(5), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li jammetti osservaturi. B’mod partikolari, il-Bord tas-Superviżuri għandu jammetti rappreżentant tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu, kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ) meta l-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tiegħu jiġu diskussi jew deċiżi.

(3) 

fl-Artikolu 54, il-paragrafu 2a huwa mħassar.

Artikolu 105

Artikolu 105

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

(2) 

fl-Artikolu 40(6), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li jammetti osservaturi. B’mod partikolari, il-Bord tas-Superviżuri għandu jammetti rappreżentant tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu, kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ) meta l-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tiegħu jiġu diskussi jew deċiżi.

(3) 

fl-Artikolu 54, il-paragrafu 2a huwa mħassar.

Artikolu 106
Artikolu 107

Artikolu 107

Bidu tal-attivitajiet tal-Awtorità

Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u l-operat inizjali tal-Awtorità sal-31 ta’ Diċembru 2025. Għal dak l-għan:

(a) 

il-Kummissjoni tista’ tiddesinja uffiċjal tal-Kummissjoni biex jaġixxi bħala Direttur Eżekuttiv interim u jeżerċita d-dmirijiet assenjati lid-Direttur Eżekuttiv sakemm l-Awtorità jkollha l-kapaċità li timplimenta l-baġit tagħha stess u d-Direttur Eżekuttiv ikun assuma d-dmirijiet tiegħu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord Eżekuttiv f’konformità mal-Artikolu 70;

(b) 

b’deroga mill-Artikolu 62(1), sakemm jinħatar il-President tal-Awtorità, id-Direttur Eżekuttiv interim jista’ jsejjaħ u jippresiedi l-laqgħat tal-Bord Ġenerali, mingħajr id-dritt tal-vot;

(c) 

b’deroga mill-Artikolu 64(4), il-punt (g), u sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 70, id-Direttur Eżekuttiv interim għandu jeżerċita s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra;

(d) 

il-Kummissjoni tista’ toffri assistenza lill-Awtorità, b’mod partikolari billi tissekonda uffiċjali tal-Kummissjoni biex iwettqu l-attivitajiet tal-Awtorità taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv interim jew tad-Direttur Eżekuttiv;

(e) 

id-Direttur Eżekuttiv interim jista’ jawtorizza l-pagamenti kollha koperti mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Awtorità u jista’ jikkonkludi kuntratti, inklużi kuntratti tal-persunal, wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.

Artikolu 108

Artikolu 108

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2025.

Madankollu, l-Artikoli 1, 4, 49, 53, 54, 55, 57 sa 66, 68 sa 71, 100, 101 u 107 għandhom japplikaw mis-26 ta’ Ġunju 2024, u l-Artikolu 103 għandu japplika mill-31 ta’ Diċembru 2025.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.