|
+Artikolu 103 |
Artikolu 103Artikolu 103 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 huwa emendat kif ġej:
(1)
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
(a)
fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa mħassar;
(b)
fil-paragrafu 5, il-punt (h) huwa mħassar;
(2)
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-punt (1a) huwa mħassar;
(b)
fil-punt (2), il-punt (iii) huwa mħassar;
(3)
fl-Artikolu 8(1), il-punt (l) huwa mħassar;
(4)
l-Artikoli 9a u 9b huma mħassra;
(5)
fl-Artikolu 17, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“6.
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 258 TFUE, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu fil-perjodu ta’ żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja, f’ħin opportun, tali nuqqas ta’ konformità sabiex iżżomm jew treġġa’ lura l-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista’, meta r-rekwiżiti rilevanti tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament ikunu direttament applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li titlobha tieħu l-azzjoni kollha meħtieġa biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika.
Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f’konformità mal-opinjoni formali maħruġa mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.” ;
(6)
fl-Artikolu 19, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“4.
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 258 tat-TFUE, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil dik l-istituzzjoni finanzjarja li titlobha tieħu l-azzjoni kollha meħtieġa biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika.”
;
(7)
fl-Artikolu 33(1), it-tieni subparagrafu huwa mħassar;
(8)
fl-Artikolu 40(7), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li jammetti osservaturi. B’mod partikolari, il-Bord tas-Superviżuri għandu jammetti rappreżentant tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu, kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ) meta l-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tiegħu jiġu diskussi jew deċiżi.
(9)
fl-Artikolu 81, il-paragrafu 2b huwa mħassar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|