+Artikolu 107

Artikolu 107

Artikolu 107

Bidu tal-attivitajiet tal-Awtorità

Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u l-operat inizjali tal-Awtorità sal-31 ta’ Diċembru 2025. Għal dak l-għan:

(a) 

il-Kummissjoni tista’ tiddesinja uffiċjal tal-Kummissjoni biex jaġixxi bħala Direttur Eżekuttiv interim u jeżerċita d-dmirijiet assenjati lid-Direttur Eżekuttiv sakemm l-Awtorità jkollha l-kapaċità li timplimenta l-baġit tagħha stess u d-Direttur Eżekuttiv ikun assuma d-dmirijiet tiegħu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord Eżekuttiv f’konformità mal-Artikolu 70;

(b) 

b’deroga mill-Artikolu 62(1), sakemm jinħatar il-President tal-Awtorità, id-Direttur Eżekuttiv interim jista’ jsejjaħ u jippresiedi l-laqgħat tal-Bord Ġenerali, mingħajr id-dritt tal-vot;

(c) 

b’deroga mill-Artikolu 64(4), il-punt (g), u sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 70, id-Direttur Eżekuttiv interim għandu jeżerċita s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra;

(d) 

il-Kummissjoni tista’ toffri assistenza lill-Awtorità, b’mod partikolari billi tissekonda uffiċjali tal-Kummissjoni biex iwettqu l-attivitajiet tal-Awtorità taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv interim jew tad-Direttur Eżekuttiv;

(e) 

id-Direttur Eżekuttiv interim jista’ jawtorizza l-pagamenti kollha koperti mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Awtorità u jista’ jikkonkludi kuntratti, inklużi kuntratti tal-persunal, wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.