+Artikolu 13 Miżuri ta' reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4
---+Artikolu 13 5
---+Artikolu 13 6
|
Artikolu 13 Miżuri ta' reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jieħdu miżuri tekniċi, ta' sigurtà u organizzazzjonali xierqa u proporzjonati biex jiżguraw ir-reżiljenza tagħhom, abbażi tal-informazzjoni rilevanti pprovduta mill-Istati Membri dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-Istat Membru u dwar l-eżiti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-entita' kritika, inkluż il-miżuri meħtieġa biex:
|
(a)
|
jipprevjenu inċidenti milli jseħħu, b'kont debitu tal-miżuri ta' tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u ta' adattament għall-klima;
|
|
(b)
|
jiżguraw protezzjoni fiżika adegwata tal-bini u l-infrastruttura kritika tagħhom, filwaqt li jqisu kif xieraq, pereżempju ċnut, ostakli, għodod u rutini ta' monitoraġġ tal-perimetru, tagħmir ta' detezzjoni u kontrolli tal-aċċess;
|
|
(c)
|
jirrispondu għal, jirreżistu u jimmitigaw il-konsegwenzi tal-inċidenti, filwaqt li jqisu kif xieraq l-implimentazzjoni ta' proċeduri u protokolli għall-ġestjoni tar-riskji u tal-kriżijiet u rutini ta' twissija;
|
|
(d)
|
jirkupraw minn inċidenti, filwaqt li jqisu kif xieraq il-miżuri ta' kontinwità tan-negozju u l-identifikazzjoni ta' ktajjen tal-provvista alternattivi, sabiex jiżguraw kontinwità fil-forniment tas-servizz essenzjali;
|
|
(e)
|
jiżguraw il-ġestjoni adegwata tas-sigurtà tal-impjegati, filwaqt li jqisu kif xieraq miżura bħal kategoriji ta' persunal li jeżerċita funzjonijiet kritiċi, jistabbilixxu drittijiet ta' aċċess għall-bini, infrastruttura kritika u informazzjoni sensittiva, jistabbilixxu proċeduri għal kontrolli tal-isfond f'konformità mal-Artikolu 14 u jaħtru l-kategoriji ta' persuni li huma meħtieġa li jgħaddu minn tali kontrolli tal-isfond, u jistabbilixxu r-rekwiżiti xierqa tat-taħriġ u tal-kwalifiki;
|
|
(f)
|
jissensibilizzaw dwar il-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (e) fost il-persunal rilevanti, filwaqt li jqisu kif xieraq il-korsijiet ta' taħriġ, il-materjali ta' informazzjoni u l-eżerċizzji.
|
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jqisu l-persunal tal-fornituri tas-servizzi esterni meta jistabbilixxu kategoriji ta’ persunal li jeżerċita funzjonijiet kritiċi.
|
|
Artikolu 13 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jkollhom fis-seħħ u japplikaw pjan ta' reżiljenza jew dokument jew dokumenti ekwivalenti li jiddeskrivu l-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1. Meta l-entitajiet kritiċi jkunu fasslu dokumenti jew ħadu miżuri skont l-obbligi stabbiliti f'atti legali oħra li jkunu rilevanti għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, huma jistgħu jużaw dawk id-dokumenti u l-miżuri biex jissodisfaw ir-rekwiżiti li jinsabu f'dan l-Artikolu. Meta teżerċita l-funzjonijiet superviżorji tagħha, l-awtorità kompetenti tista' tiddikjaramiżuri eżistenti għat-tisħiħ tar-reżiljenza meħuda minn entità kritika li jindirizzaw, b'manjiera xierqa u proporzjonata, il-miżuri tekniċi, ta' sigurtà u organizzazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 bħala konformi, kompletament jew parzjalment, mal-obbligi skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 13 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull entità kritika taħtar uffiċjal ta' kollegament jew ekwivalenti bħala l-punt ta' kuntatt mal-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 13 4
|
4. Fuq talba tal-Istat Membru li jkun identifika l-entità kritika u bil-qbil tal-entità kritika kkonċernata, il-Kummissjoni għandha torganizza missjonijiet konsultattivi, f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 18(6), (8) u (9), biex tagħti pariri lill-entità kritika kkonċernata biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III. Il-missjoni konsultattiva għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni, lil dak l-Istat Membru u lill-entità kritika kkonċernata.
|
|
Artikolu 13 5
|
5. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi msemmi fl-Artikolu 19, tadotta linji gwida mhux vinkolanti biex tispeċifika aktar il-miżuri tekniċi, ta' sigurtà u organizzazzjonali li jistgħu jittieħdu skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 13 6
|
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u metodoloġiċi meħtieġa relatati mal-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2557
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|