+Artikolu 13 1

Artikolu 13 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jieħdu miżuri tekniċi, ta' sigurtà u organizzazzjonali xierqa u proporzjonati biex jiżguraw ir-reżiljenza tagħhom, abbażi tal-informazzjoni rilevanti pprovduta mill-Istati Membri dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-Istat Membru u dwar l-eżiti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-entita' kritika, inkluż il-miżuri meħtieġa biex:

(a)

jipprevjenu inċidenti milli jseħħu, b'kont debitu tal-miżuri ta' tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u ta' adattament għall-klima;

(b)

jiżguraw protezzjoni fiżika adegwata tal-bini u l-infrastruttura kritika tagħhom, filwaqt li jqisu kif xieraq, pereżempju ċnut, ostakli, għodod u rutini ta' monitoraġġ tal-perimetru, tagħmir ta' detezzjoni u kontrolli tal-aċċess;

(c)

jirrispondu għal, jirreżistu u jimmitigaw il-konsegwenzi tal-inċidenti, filwaqt li jqisu kif xieraq l-implimentazzjoni ta' proċeduri u protokolli għall-ġestjoni tar-riskji u tal-kriżijiet u rutini ta' twissija;

(d)

jirkupraw minn inċidenti, filwaqt li jqisu kif xieraq il-miżuri ta' kontinwità tan-negozju u l-identifikazzjoni ta' ktajjen tal-provvista alternattivi, sabiex jiżguraw kontinwità fil-forniment tas-servizz essenzjali;

(e)

jiżguraw il-ġestjoni adegwata tas-sigurtà tal-impjegati, filwaqt li jqisu kif xieraq miżura bħal kategoriji ta' persunal li jeżerċita funzjonijiet kritiċi, jistabbilixxu drittijiet ta' aċċess għall-bini, infrastruttura kritika u informazzjoni sensittiva, jistabbilixxu proċeduri għal kontrolli tal-isfond f'konformità mal-Artikolu 14 u jaħtru l-kategoriji ta' persuni li huma meħtieġa li jgħaddu minn tali kontrolli tal-isfond, u jistabbilixxu r-rekwiżiti xierqa tat-taħriġ u tal-kwalifiki;

(f)

jissensibilizzaw dwar il-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (e) fost il-persunal rilevanti, filwaqt li jqisu kif xieraq il-korsijiet ta' taħriġ, il-materjali ta' informazzjoni u l-eżerċizzji.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jqisu l-persunal tal-fornituri tas-servizzi esterni meta jistabbilixxu kategoriji ta’ persunal li jeżerċita funzjonijiet kritiċi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2557
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.