+Artikolu 15 Notifika ta' inċident
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4

Artikolu 15 Notifika ta' inċident

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien żejjed, b'inċidenti li jfixklu b'mod sinifikanti jew li għandhom il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti l-forniment ta' servizzi essenzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sakemm ma jkunx operazzjonalment impossibbli li tagħmel dan, entitajiet kritiċi jibgħatu notifika inizjali fi żmien 24 siegħa wara li jkunu jafu b'inċident, segwita, fejn rilevanti, minn rapport dettaljat sa mhux aktar tard minn xahar wara. Sabiex jiġi ddeterminat is-sinifikat ta' tfixkil, għandhom jitqiesu b'mod partikolari l-parametri li ġejjin:

(a)

l-għadd u l-proporzjon tal-utenti affettwati mit-tfixil;

(b)

it-tul ta' żmien tat-tfixkil;

(c)

iż-żona ġeografika affettwata mit-tfixkil, u jekk iż-żona hijiex ġeografikament iżolata.

Meta inċident ikollu jew jista' jkollu impatt sinifikanti fuq il-kontinwità tal-forniment ta' servizzi essenzjali lil jew f'sitt Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri affettwati mill-inċident għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni tali inċident.

Artikolu 15 2

2.   In-notifiki kif imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għandhom jinkludu kwalunkwe informazzjoni disponibbli meħtieġa biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tifhem in-natura, il-kawża u l-konsegwenzi possibbli tal-inċident, inkluż kwalunkwe informazzjoni disponibbli neċessarja biex jiġi ddeterminat kwalunkwe impatt transfruntier tal-inċident. Tali notifiki ma għandhomx jissoġġettaw lill-entitajiet kritiċi għal aktar responsabbiltà.

Artikolu 15 3

3.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn entità kritika f'notifika kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti relevanti, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt, għandha tinforma lill-punt uniku ta' kuntatt tal-Istati Membri l-oħra affettwati fejn l-inċident ikollu jew jista' jkollu impatt sinifikanti fuq l-entitajiet kritiċi u l-kontinwità tal-forniment ta' servizzi essenzjali lil jew f’Stat Membru wieħed jew aktar.

Il-punti uniċi ta' kuntatt li jibgħatu u li jirċievu informazzjoni skont l-ewwel subparagrafu għandhom, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, jittrattaw dik l-informazzjoni b'tali mod li jirrispettaw il-kunfidenzjalità tagħha u jħarsu s-sigurtà u l-interess kummerċjali tal-entità kritika kkonċernata.

Artikolu 15 4

4.   Mill-aktar fis possibbli wara notifika kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tipprovdi lill-entità kritika kkonċernata l-informazzjoni rilevanti dwar is-segwitu, inkluż informazzjoni li tista' tappoġġa r-rispons effettiv ta' dik l-entità kritika għall-inċident inkwistjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku meta jiddeċiedu li jkun fl-interess pubbliku li jagħmlu dan.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2557
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.