1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien żejjed, b'inċidenti li jfixklu b'mod sinifikanti jew li għandhom il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti l-forniment ta' servizzi essenzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sakemm ma jkunx operazzjonalment impossibbli li tagħmel dan, entitajiet kritiċi jibgħatu notifika inizjali fi żmien 24 siegħa wara li jkunu jafu b'inċident, segwita, fejn rilevanti, minn rapport dettaljat sa mhux aktar tard minn xahar wara. Sabiex jiġi ddeterminat is-sinifikat ta' tfixkil, għandhom jitqiesu b'mod partikolari l-parametri li ġejjin:
|
(a)
|
l-għadd u l-proporzjon tal-utenti affettwati mit-tfixil;
|
|
(b)
|
it-tul ta' żmien tat-tfixkil;
|
|
(c)
|
iż-żona ġeografika affettwata mit-tfixkil, u jekk iż-żona hijiex ġeografikament iżolata.
|
Meta inċident ikollu jew jista' jkollu impatt sinifikanti fuq il-kontinwità tal-forniment ta' servizzi essenzjali lil jew f'sitt Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri affettwati mill-inċident għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni tali inċident.