2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entità kritika, wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 6(3), tinforma lill-awtorità kompetenti tagħha meta tipprovdi servizzi essenzjali lil jew f'sitt Stati Membri jew aktar. F'tali każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entita' kritika tinforma lill-awtorita' kompetenti tagħha dwar is-servizzi essenzjali li hija tipprovdi lill-Istati Membri jew fihom u dwar l-Istati Membri li lilhom jew li fihom hija tipprovdi tali servizzi essenzjali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, dwar l-identita' ta' tali entitajiet kritiċi u dwar l-informazzjoni li huma jipprovdu taħt dan il-paragrafu.
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-awtorita' kompetenti tal-Istat Membru li identifika entità kritika kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-awtorita' kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati u l-entità kritika inkwistjoni. Waqt dawk il-konsultazzjonijiet, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni fejn huwa jqis li s-servizzi pprovduti lil dak l-Istat Membru mill-entità kritika huma servizzi essenzjali.