|
+Artikolu 18 4 |
Artikolu 18 44. Il-missjoni konsultattiva għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni, lill-Istat Membru li identifika entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entità kritika skont l-Artikolu 6(1), lill-Istati Membri li lilhom jew li fihom jiġi pprovdut is-servizz essenzjali u lill-entità kritika kkonċernata fi żmien tliet xhur mill-konklużjoni tal-missjoni konsultattiva. L-Istati Membri li lilhom jew li fihom jiġi pprovdut is-servizz essenzjali għandhom janalizzaw ir-rapport msemmi fl-ewwel subparagrafu u, fejn meħtieġ, għandhom jagħtu parir lill-Kummissjoni dwar jekk l-entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari kkonċernata tikkonformax mal-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III u, fejn xieraq, dwar liema miżuri jistgħu jittieħdu biex tittejjeb ir-reżiljenza ta' dik l-entità kritika. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-parir imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, tikkomunika l-opinjoni tagħha lill-Istat Membru li identifika entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entità kritika skont l-Artikolu 6(1), lill-Istati Membri li lilhom jew li fihom jiġi pprovdut is-servizz essenzjali u lil dik l-entità kritika dwar jekk dik l-entità kritika hijiex konformi mal-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III u, fejn xieraq, dwar liema miżuri jistgħu jittieħdu biex tittejjeb ir-reżiljenza ta' dik l-entità kritika. L-Istat Membru li identifika entita' kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entita' kritika skont l-Artikolu 6(1) għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti u l-entità kritika kkonċernata jqisu l-opinjoni msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u għandu jipprovdi l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li lilhom jew li fihom jiġi pprovdut is-servizz essenzjali dwar il-miżuri li ħa skont dik l-opinjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|