+Artikolu 18 Missjonijiet konsultattivi
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2
---+Artikolu 18 3
---+Artikolu 18 4
---+Artikolu 18 5
---+Artikolu 18 6
---+Artikolu 18 7
---+Artikolu 18 8
---+Artikolu 18 9
---+Artikolu 18 10

Artikolu 18 Missjonijiet konsultattivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1

1.   Fuq talba tal-Istat Membru li identifika entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entita' kritika skont l-Artikolu 6(1), il-Kummissjoni għandha torganizza missjoni konsultattiva biex tivvaluta l-miżuri li dik l-entità kritika stabbiliet biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III.

Artikolu 18 2

2.   Fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru wieħed jew aktar li lilu jew fejn jiġi pprovdut is-servizz essenzjali u dment li l-Istat Membru li jkun identifika entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entita' kritika skont l-Artikolu 6(1) jaqbel li jsir hekk, il-Kummissjoni għandha torganizza missjoni konsultattiva kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 18 3

3.   Fuq talba motivata mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru wieħed jew aktar li lilhom jew li fihom jiġi pprovdut is-servizz essenzjali, l-Istat Membru li identifika entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entità kritika skont l-Artikolu 6(1) għandu jipprovdi dan li ġej lill-Kummissjoni:

(a)

il-partijiet rilevanti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-entita' kritika;

(b)

lista tal-miżuri rilevanti meħuda skont l-Artikolu 13;

(c)

azzjonijiet superviżorji jew ta' infurzar, inkluż valutazzjonijiet tal-konformità jew ordnijiet maħruġa, li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun wettqet skont l-Artikoli 21 u 22 fir-rigward ta' dik l-entità kritika.

Artikolu 18 4

4.   Il-missjoni konsultattiva għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni, lill-Istat Membru li identifika entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entità kritika skont l-Artikolu 6(1), lill-Istati Membri li lilhom jew li fihom jiġi pprovdut is-servizz essenzjali u lill-entità kritika kkonċernata fi żmien tliet xhur mill-konklużjoni tal-missjoni konsultattiva.

L-Istati Membri li lilhom jew li fihom jiġi pprovdut is-servizz essenzjali għandhom janalizzaw ir-rapport msemmi fl-ewwel subparagrafu u, fejn meħtieġ, għandhom jagħtu parir lill-Kummissjoni dwar jekk l-entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari kkonċernata tikkonformax mal-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III u, fejn xieraq, dwar liema miżuri jistgħu jittieħdu biex tittejjeb ir-reżiljenza ta' dik l-entità kritika.

Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-parir imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, tikkomunika l-opinjoni tagħha lill-Istat Membru li identifika entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entità kritika skont l-Artikolu 6(1), lill-Istati Membri li lilhom jew li fihom jiġi pprovdut is-servizz essenzjali u lil dik l-entità kritika dwar jekk dik l-entità kritika hijiex konformi mal-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III u, fejn xieraq, dwar liema miżuri jistgħu jittieħdu biex tittejjeb ir-reżiljenza ta' dik l-entità kritika.

L-Istat Membru li identifika entita' kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entita' kritika skont l-Artikolu 6(1) għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti u l-entità kritika kkonċernata jqisu l-opinjoni msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u għandu jipprovdi l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li lilhom jew li fihom jiġi pprovdut is-servizz essenzjali dwar il-miżuri li ħa skont dik l-opinjoni.

Artikolu 18 5

5.   Kull missjoni konsultattiva għandha tikkonsisti minn esperti mill-Istat Membru fejn tinsab l-entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari, esperti mill-Istati Membri li lilhom jew li fihom jiġi pprovdut is-servizz essenzjali, u rappreżentanti tal-Kummissjoni. Dawk l-Istati Membri jistgħu jipproponu kandidati biex ikunu parti minn missjoni konsultattiva. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru li identifika entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entità kritika skont l-Artikolu 6(1), għandha tagħżel u taħtar il-membri ta' kull missjoni konsultattiva skont il-kapaċità professjonali tagħhom u tiżgura, fejn possibbli, rappreżentazzjoni ġeografikament bilanċjata minn dawk l-Istati Membri kollha. Kull meta meħtieġ, il-membri tal-missjoni konsultattiva għandu jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà valida u xierqa. Il-Kummissjoni għandha tkopri l-kostijiet relatati mal-parteċipazzjoni fil-missjonijiet konsultattivi.

Il-Kummissjoni għandha torganizza l-programm ta' kull missjoni konsultattiva, f'konsultazzjoni mal-membri tal-missjoni konsultattiva inkwistjoni u bi qbil mal-Istat Membru li identifika entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entità kritika skont l-Artikolu 6(1).

Artikolu 18 6

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi regoli dwar l-arranġamenti proċedurali għal talbiet biex torganizza missjonijiet konsultattivi, għat-trattament ta' tali talbiet, għat-tmexxija u r-rapporti ta' missjonijiet konsultattivi u għat-trattament tal-komunikazzjoni tal-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 4, it-tielet subparagrafu ta' dan l-Artikolu u tal-miżuri meħuda, waqt li jitqiesu kif xieraq il-kunfidenzjalità u s-sensittività kummerċjali tal-informazzjoni kkonċernata. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 18 7

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajit kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari jipprovdu lill-missjonijiet konsultattivi b'aċċess għall-informazzjoni, għas-sistemi u għall-faċilitajiet relatati mal-forniment tas-servizzi essenzjali tagħhom meħtieġa biex titwettaq il-missjoni konsultattiva kkonċernata.

Artikolu 18 8

8.   Il-missjonijiet konsultattivi għandhom jitwettqu f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli tal-Istat Membru fejn iseħħu, b'rispett għar-responsabbiltà ta' dak l-Istat Membru għas-sigurtà nazzjonali u l-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tiegħu.

Artikolu 18 9

9.   Fl-organizzazzjoni tal-missjonijiet konsultattivi, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rapporti ta' kwalunkwe spezzjoni mwettqa mill-Kummissjoni skont ir-Regolamenti (KE) Nru 725/2004 u (KE) Nru 300/2008 u r-rapporti ta' kwalunkwe monitoraġġ imwettaq mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2005/65/KE fir-rigward tal-entità kritika kkonċernata.

Artikolu 18 10

10.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi msemmi fl-Artikolu 19 kull meta tiġi organizzata missjoni konsultattiva. L-Istat Membru fejn twettqet missjoni konsultattiva u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw ukoll lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi dwar is-sejbiet ewlenin tal-missjoni konsultattiva u t-tagħlimiet meħuda bil-ħsieb li jiġi promoss it-tagħlim reċiproku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2557
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.