+TITLE I THE LIQUIDITY COVERAGE RATIO
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni u applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
------+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 Il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
------+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 5 Xenarji ta' stress għall-finijiet tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità

TITLE I THE LIQUIDITY COVERAGE RATIO

TITLE I THE LIQUIDITY COVERAGE RATIO

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jispeċifikaw fid-dettall ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità previst fl-Artikolu 412(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni u applikazzjoni

Kamp ta' applikazzjoni u applikazzjoni

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“assi ta' livell 1” tfisser assi ta' likwidità u kwalità ta' kreditu għoljin ħafna kif inhu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 416(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(2) 

“assi ta' livell 2” tfisser assi ta' likwidità u kwalità ta' kreditu għoljin ħafna kif inhu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 416(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-assi ta' livell 2 jerġgħu jinqasmu f'assi ta' livell 2 A u 2B f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament;

(3) 

“riżervi ta' likwidità” tfisser l-ammont ta' assi likwidi li istituzzjoni ta' kreditu jkollha f'konformità mat-Titolu II ta' dan ir-Regolament;

(4) 

“munita tar-rapportar” tfisser il-munita li fiha l-entrati tal-likwidità msemmijin fit-Titoli II u III tal-Parti Sitta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 iridu jiġu rrapportati lill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 415(1) ta' dan ir-Regolament;

(5) 

“rekwiżit ta' kopertura tal-assi” tfisser il-proporzjon tal-assi meta mqabblin mar-responsabbiltajiet kif iddeterminat għall-finijiet ta' titjib tal-kreditu b'rabta mal-bonds koperti mil-liġi nazzjonali ta' Stat Membru jew pajjiż terz;

(6) 

“SME” tfisser impriża mikro, żgħira u ta' daqs medju kif inhu ddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE ( 2 );

(7) 

“flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità” tfisser l-ammont li jirriżulta mit-tnaqqis tal-flussi ta' dħul tal-likwidità ta' istituzzjoni ta' kreditu mill-ħruġ tal-likwidità tagħha f'konformità mat-Titolu III ta' dan ir-Regolament;

▼M1 —————

▼B

(10) 

“kumpanija ta' investiment personali” (“PIC”) tfisser impriża jew fond li s-sid tiegħu jew is-sid benefiċjaru tagħhom, rispettivament, ikun persuna fiżika jew grupp ta' persuni fiżiċi li jiġu minn xulxin mill-qrib, li twaqqfu bl-għan uniku ta' ġestjoni tal-ġid tas-sidien u li ma jwettqu ebda attività kummerċjali, industrijali jew professjonali oħra. L-għan tal-PIC jista' jinkludi attivitajiet anċillari oħrajn bħal segregazzjoni tal-assi tas-sidien mill-assi korporattivi, tħaffif tat-trażmissjoni tal-assi f'familja jew il-prevenzjoni ta' qsim fl-assi wara l-mewt ta' membru tal-familja, diment li dawn ikunu marbutin mal-għan prinċipali tal-ġestjoni tal-ġid tas-sidien;

▼M1

(11) 

“tensjoni” tfisser deterjorament f'daqqa jew severa fil-pożizzjoni ta' solvenza jew likwidità ta' istituzzjoni ta' kreditu minħabba bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq jew fatturi idjosinkratiċi li b'riżultat tagħhom jista' jkun hemm riskju sinifikanti li l-istituzzjoni ta' kreditu ma tibqax kapaċi tissodisfa l-impenji tagħha hekk kif isiru dovuti fit-30 jum li jkun imiss tal-kalendarju;

▼B

(12) 

“self ta' marġini” tfisser self kollateralizzat estiż lill-klijenti biex jieħdu pożizzjonijiet ta' nnegozjar ingranati;

▼M2

(13) 

“tranżazzjoni mmotivata mis-swieq kapitali” tfisser tranżazzjoni mmotivata mis-swieq kapitali kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 192 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(14) 

“programm ta’ bonds koperti” tfisser programm ta’ bonds koperti kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3, tad-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(15) 

“aggregazzjoni ta’ kopertura” tfisser aggregazzjoni ta’ kopertura kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2019/2162;

(16) 

“riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura” tfisser ir-riżerva ta’ likwidità komposta minn assi kkunsidrati bħala likwidi u miżmuma bħala parti mill-aggregazzjoni ta’ kopertura, f’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2019/2162.

▼B

Artikolu 4 Il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità

Il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità

Artikolu 5 Xenarji ta' stress għall-finijiet tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità

Artikolu 5

Xenarji ta' stress għall-finijiet tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità

Ix-xenarji li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala indikaturi taċ-ċirkostanzi li fihom istituzzjoni ta' kreditu tista' titqies li tkun soġġetta għal stress:

(a) 

meta sseħħ likwidazzjoni ta' proporzjon sinifikanti tad-depożiti fil-livell ta' konsumatur tagħha;

(b) 

telf parzjali jew totali tal-kapaċità ta' finanzjament bl-ingrossa mhux iggarantit, inklużi depożiti bl-ingrossa u sorsi oħrajn ta' finanzjament ta' kontinġenza bħal likwidità jew linji ta' kreditu riċevuti impenjati jew mhux impenjati;

(c) 

telf parzjali jew totali ta' finanzjament fuq terminu qasir iggarantit;

(d) 

flussi ta' ħruġ tal-likwidità addizzjonali bħala riżultat ta' deklassifikazzjoni tal-kreditu sa tliet livelli;

(e) 

volatilità miżjuda tas-suq li taffettwa l-valur tal-kollateral jew il-kwalità tiegħu jew li toħloq bżonnijiet kollaterali addizzjonali;

(f) 

prelevamenti mhux skedati minn faċilitajiet ta' likwidità u ta' kreditu;

(g) 

obbligu potenzjali ta' xiri lura tad-dejn jew it-twettiq ta' obbligi mhux kuntrattwali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.