+Artikolu 7 Rekwiżiti ġenerali għall-assi likwidi
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 2a.
---+Artikolu 7 2b.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.

Artikolu 7 Rekwiżiti ġenerali għall-assi likwidi

Rekwiżiti ġenerali għall-assi likwidi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
Sabiex jikkwalifikaw bħala assi likwidi, l-assi ta' istituzzjoni ta' kreditu għandhom jikkonformaw mal-paragrafi 2 sa 6.
Artikolu 7 2.

L-assi għandhom ikunu proprjetà, dritt, intitolament jew interess, miżmuma mill-istituzzjoni ta' kreditu, jew inklużi f'aggregazzjoni msemmija fil-punt (a), u ħielsa minn kull gravami. Għal dawk il-finijiet, assi jitqies li ma jkunx gravat meta ma jkun soġġett għall-ebda restrizzjoni legali, kuntrattwali, regolatorja jew restrizzjoni oħra li żżomm lill-istituzzjoni ta' kreditu milli tillikwida, tbiegħ, tittrasferixxi, tassenja jew, b'mod ġenerali, tiddisponi mill-assi permezz ta' bejgħ dirett jew ftehim ta' riakkwist fi żmien it-30 jum kalendarju li jkun imiss. L-assi li ġejjin għandhom jitqiesu li mhumiex gravati:

(a) 

l-assi inklużi f'aggregazzjoni li huma disponibbli għal użu immedjat bħala kollateral sabiex jinkiseb finanzjament addizzjonali taħt linji ta' kreditu impenjati iżda li għadhom mhumiex iffinanzjati disponibbli għall-istituzzjoni ta' kreditu jew, jekk l-aggregazzjoni titħaddem minn bank ċentrali, taħt linji ta' kreditu mhux impenjati u li għadhom mhumiex iffinanzjati disponibbli għall-istituzzjoni ta' kreditu. Dan il-punt għandu jinkludi l-assi mqiegħda minn istituzzjoni ta' kreditu mal-istituzzjoni ċentrali f'netwerk kooperattiv jew fi skema ta' protezzjoni istituzzjonali. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jassumu li l-assi fl-aggregazzjoni huma aggravati f'ordni ta' likwidità li tiżdied abbażi tal-klassifikazzjoni tal-likwidità stabbilita fil-Kapitolu 2, li tibda bl-assi li mhumiex eliġibbli għar-riżerva ta' likwidità;

(b) 

l-assi li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun irċeviet bħala kollateral għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu fi ftehim ta' riakkwist invers jew titoli li jiffinanzjaw it-tranżazzjonijiet u li l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tiddisponi minnhom.

Artikolu 7 2a.
B’deroga mill-paragrafu 2, assi likwidi li jinżammu bħala parti mir-riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura għandhom jitqiesu li mhumiex vinkolati matul il-perjodu ta’ tensjoni ta’ 30 jum tal-kalendarju, stabbilit fl-Artikolu 4, sal-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ netti tal-likwidità kif ikkalkulat skont it-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, li jirriżultaw mill-programmi ta’ bonds koperti assoċjati, dment li dawk l-assi jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha stabbiliti fit-Titolu II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 7 2b.

Meta l-assi likwidi li jinżammu fir-riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura ma jitqisux bħala mhux vinkolati skont il-paragrafu 2a ta’ dan l-Artikolu, xorta waħda għandhom jitqiesu li mhumiex vinkolati matul il-perijodu ta’ tensjoni ta’ 30 jum tal-kalendarju, stabbilit fl-Artikolu 4, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-emittent ta’ bonds koperti huwa, permezz ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali, meħtieġ li jkollu l-assi kollha tiegħu marbuta ma’ ħruġ ta’ bonds koperti;

(b) 

l-assi likwidi huma marbuta bħala kollateralizzazzjoni eċċessiva mhux obbligatorja għall-ħruġ ta’ bond kopert;

(c) 

l-assi likwidi jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha stipulati fit-Titolu II ta’ dan ir-Regolament;

(d) 

l-ammont ta’ assi likwidi meqjusa bħala mhux vinkolati skont dan il-paragrafu ma jaqbiżx l-ammont totali ta’ flussi ta’ ħruġ netti tal-likwidità, kif ikkalkulat skont it-Titolu III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7 3.
L-assi ma jkunux nħarġu mill-istituzzjoni ta' kreditu nnifisha, l-impriża prinċipali tagħha, sakemm ma tkunx entità tas-settur pubbliku li ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu, is-sussidjarja tagħha jew sussidjarja oħra tal-impriża prinċipali tagħha jew minn entità bi skop speċjali ta' titolizzazzjoni li l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha rabtiet mill-qrib magħha;
Artikolu 7 4.

L-assi ma jkunux nħarġu minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

▼M1

(a) 

istituzzjoni ta' kreditu oħra, sakemm ma tiġix issodisfata waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-emittent huwa entità tas-settur pubbliku msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 10(1) jew fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 11(1);

(ii) 

l-assi huwa bond kopert imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1) jew fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 11(1) jew fil-punt (e) tal-Artikolu 12(1);

(iii) 

l-assi jappartjeni għall-kategorija deskritta fil-punt (e) tal-Artikolu 10(1);

▼B

(b) 

ditta tal-investiment;

(c) 

impriża tal-assigurazzjoni;

(d) 

impriża tar-riassigurazzjoni;

(e) 

kumpanija azzjonarja finanzjarja;

(f) 

kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta;

▼M2

(g) 

kwalunkwe entità oħra li twettaq attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE bħala n-negozju ewlieni tagħha.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-SSPEs u l-aġenziji uffiċjali tal-kreditu għall-esportazzjoni fl-Istati Membri għandhom jitqiesu mhux inklużi fl-entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (g).

Artikolu 7 5.
Il-valur tal-assi jkun jista' jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' prezzijiet tas-suq li jixterdu b'mod wiesa' u li jkunu disponibbli faċilment. Fin-nuqqas ta' prezzijiet tas-suq, il-valur tal-assi jrid ikun jista' jiġi ddeterminat abbażi ta' formula li tkun faċilment kalkolabbli u li tuża l-inputs disponibbli pubblikament u li ma tkunx dipendenti wisq fuq suppożizzjonijiet qawwija.
Artikolu 7 6.

L-assi għandhom ikunu elenkati fuq kambju rikonoxxut jew negozjabbli permezz ta' tranżazzjoni ta' riakkwist sempliċi fi swieq ta' riakkwist ġeneralment aċċettati. Dawn il-kriterji jiġu vvalutati b'mod separat għal kull suq. Assi ammess biex jiġi nnegozjat f'post organizzat li ma jkunx kambju rikonoxxut, fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, jitqies bħala likwidu biss fejn il-post ta' nnegozjar jipprovdi suq attiv u mdaqqas għall-bejgħ dirett tal-assi. L-istituzzjoni ta' kreditu tqis dawn li ġejjin bħala l-kriterji minimi biex tivvaluta jekk post ta' nnegozjar jipprovdix suq attiv u mdaqqas għall-finijiet ta' dan il-paragrafu:

(a) 

evidenza storika tal-wisgħa u l-fond tas-suq kif muri mill-firxiet baxxi bejn it-talba u l-offerta, volum għoli ta' nnegozjar u għadd kbir u varjat ta' parteċipanti tas-suq;

(b) 

il-preżenza ta' infrastruttura soda tas-suq.

Artikolu 7 7.

Ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 5 u 6 ma japplikawx għal:

(a) 

karti tal-flus u muniti msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 10(1);

▼M1

(aa) 

l-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 10(1);

▼B

(b) 

l-iskoperturi għall-banek ċentrali msemmijin fil-punti (b) u (d) tal-Artikolu 10(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1);

(c) 

il-faċilità ta' likwidità impenjata b'użu ristrett imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 12(1);

(d) 

id-depożiti u finanzjament ieħor f'netwerks kooperattivi u skemi ta' protezzjoni istituzzjonali msemmijin fl-Artikolu 16.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.