|
+Artikolu 7 4. |
Artikolu 7 4.L-assi ma jkunux nħarġu minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
istituzzjoni ta' kreditu oħra, sakemm ma tiġix issodisfata waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-emittent huwa entità tas-settur pubbliku msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 10(1) jew fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 11(1);
(ii)
l-assi huwa bond kopert imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1) jew fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 11(1) jew fil-punt (e) tal-Artikolu 12(1);
(iii)
l-assi jappartjeni għall-kategorija deskritta fil-punt (e) tal-Artikolu 10(1);
(b)
ditta tal-investiment;
(c)
impriża tal-assigurazzjoni;
(d)
impriża tar-riassigurazzjoni;
(e)
kumpanija azzjonarja finanzjarja;
(f)
kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta;
(g)
kwalunkwe entità oħra li twettaq attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE bħala n-negozju ewlieni tagħha. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-SSPEs u l-aġenziji uffiċjali tal-kreditu għall-esportazzjoni fl-Istati Membri għandhom jitqiesu mhux inklużi fl-entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (g). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|