+427. Huwa rilevanti li wieħed jinnota li parti mill-miżuri msemmija fit-tabella 18 huma ta’ natura …
|
427. Huwa rilevanti li wieħed jinnota li parti mill-miżuri msemmija fit-tabella 18 huma ta’ natura …
Huwa rilevanti li wieħed jinnota li parti mill-miżuri msemmija fit-tabella 18 huma ta’ natura kwalitattiva. Fejn iqumu dgħufijiet fundamentali, b’mod partikolari f’termini tal-ġestjoni tal-likwidità u tal-finanzjament, il-miżuri kwalitattivi għandhom jingħataw prijorità, fejn possibbli. Tabella 18. Miżuri superviżorji potenzjali u mhux eżawrjenti għar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament Miżuri superviżorji potenzjali għall-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikoli 102, 104(1), il-punti (b), (e), (f), (j), (k), (i), u (n) u l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61, u l-Artikolu 428b(5) tar-Regolament (UE) 575/2013 A. jirrikjedu li l-istituzzjonijiet iżommu LCR ogħla mill-minimu regolatorju, ta’ tali daqs li n-nuqqasijiet identifikati jiġu mmitigati biżżejjed; B. jirrikjedu li l-istituzzjonijiet japplikaw perjodu minimu ta’ sopravivenza ta’ tali tul li n-nuqqasijiet identifikati jiġu mmitigati biżżejjed; C. jirrikjedu li l-istituzzjonijiet iżommu ammont totali minimu ta’ assi likwidi jew kapaċità ta’ kontrobilanċ, ta’ tali daqs li n-nuqqasijiet identifikati jiġu mmitigati biżżejjed; D. jirrikjedu li l-istituzzjonijiet iżommu NSFR ogħla mill-minimu regolatorju, ta’ tali daqs li n-nuqqasijiet identifikati jiġu mmitigati biżżejjed; E. jirrikjedu li l-istituzzjonijiet iżommu ammont totali minimu ta’ finanzjament stabbli disponibbli, ta’ tali daqs li n-nuqqasijiet identifikati jiġu mmitigati biżżejjed; F. jimponu rekwiżiti speċifiċi ta’ likwidità, inklużi restrizzjonijiet fuq id-diskrepanzi fil-maturità bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet; G. jimponu penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra, inklużi imposti prudenzjali; H. jimponu rekwiżiti fuq il-konċentrazzjoni tal-assi likwidi miżmuma, inklużi: - - rekwiżiti għall-kompożizzjoni tal-profil tal-assi likwidi tal-istituzzjoni fir-rigward tal-kontropartijiet, munita; u/jew
- - limiti massimi, limiti jew restrizzjonijiet dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ finanzjament. I. jimponu restrizzjonijiet fuq diskrepanzi fil-maturità kuntrattwali jew komportamentali fuq żmien qasir bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet, inklużi:
- - limiti fuq diskrepanzi fil-maturità (f’buckets tal-ħin speċifiċi) bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet;
- - limiti fuq perjodi minimi ta’ sopravivenza; u/jew
- - limiti fuq id-dipendenza fuq ċerti sorsi ta’ finanzjament għal żmien qasir, bħall-finanzjament tas-suq monetarju.
J. jimponu rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali jew aktar frekwenti fuq il-pożizzjonijiet ta’ likwidità, inklużi: - - il-frekwenza tar-rapportar regolatorju dwar l-LCR; u/jew
- - il-frekwenza u l-granularità ta’ rapporti oħra ta’ likwidità, bħal “metriċi addizzjonali ta’ monitoraġġ”. K. jirrikjedu li tittieħed azzjoni biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tal-kapaċità tal-istituzzjoni li tidentifika, tkejjel, timmonitorja u tikkontrolla r-riskju tal-likwidità, permezz ta’ mezzi li jinkludu:
- - titjib fil-kapaċità tal-ittestjar tal-istress tagħha biex ittejjeb il-kapaċità tagħha li tidentifika u tikkwantifika s-sorsi materjali tar-riskju ta’ likwidità għall-istituzzjoni;
- - titjib fil-kapaċità tagħha li timmonetizza l-assi likwidi tagħha;
- - titjib fil-pjan ta’ kontinġenza tal-likwidità tagħha u l-qafas tal-indikaturi ta’ twissija bikrija tal-likwidità tagħha; u/jew
- - titjib fir-rapportar ta’ informazzjoni tal-ġestjoni tal-likwidità lill-korp maniġerjali u lill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni. Miżuri superviżorji potenzjali għall-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikoli 102, 104(1), il-punti (b), (e), (f), (j), (k), (i), u (n) u l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61, u l-Artikolu 428b(5) tar-Regolament (UE) 575/2013 L. jirrikjedu li tittieħed azzjoni biex jiġi emendat il-profil ta’ finanzjament tal-istituzzjoni, inkluż:
- - tnaqqis tad-dipendenza tagħha fuq ċerti swieq ta’ finanzjament (potenzjalment volatili), bħal-finanzjament bl-ingrossa;
- - tnaqqis tal-konċentrazzjoni tal-profil ta’ finanzjament tagħha fir-rigward ta’ kontropartijiet, l-ogħla livelli fil-profil tal-maturità fit-tul, (diskrepanzi fil-)muniti, eċċ.; u/jew
- - tnaqqis fl-ammont tal-assi aggravati tagħha, potenzjalment b’differenza li ssir bejn l-aggravju totali u s-sovrakollateralizzazzjoni (eż. għal bonds koperti, sejħiet għall-marġni). M. jirrikjedu rapportar addizzjonali jew aktar frekwenti dwar il-pożizzjonijiet ta’ finanzjament tal-istituzzjoni, inkluż:
- - żieda fil-frekwenza ta’ rapportar regolatorju rilevanti għall-monitoraġġ tal-profil ta’ finanzjament (bħar-rapport NSFR u “metriċi addizzjonali ta’ monitoraġġ”); u/jew
- - żieda fil-frekwenza ta’ rapportar dwar il-pjan ta’ finanzjament tal-istituzzjoni lis-superviżuri. N. jirrikjedu li jittieħdu azzjonijiet biex jiġu indirizzati nuqqasijiet identifikati rigward il-kontroll tal-istituzzjoni tar-riskju ta’ finanzjament, inkluż:
- - isaħħu r-rapportar dwar ir-riskju ta’ finanzjament lill-korp maniġerjali u lill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni;
- - ifakkru jew isaħħu l-pjan ta’ finanzjament; u/jew
- - iqiegħdu limiti fuq l-aptit għar-riskju tagħha;
- - isaħħu l-kapaċitajiet tal-ittestjar tal-istress tal-istituzzjoni permezz ta’ mezzi li jinkludu l-ħtieġa li l-istituzzjoni tkopri perjodu itwal ta’ stress.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|